2018 – Page 139 – One News

Notifiki

Il-Koperattivi ġodda fis-servizz pubbliku

Imħabbra skema ġdida għat-twaqqif ta’ koperattivi fis-Settur Pubbliku bil-għan li tieħu post iż-żewġ skemi eżistenti li nħolqu fis-snin 90.  Dan ħabbru s-Segretarju Permanenti Mario Cutajar waqt żjara uffiċjali fl-operat tal-Koperattiva Tabelli u Sinjali tat-Traffiku magħrufa aħjar bħala KOPTASIN fil-Qasam Industrijali f’ Kordin.

Aqra aktar

L-ITS tniedi l-prospett għas-sena akkademika 2018/2019

L-Istitut tal-Istudji Turistiċi nieda l-prospett tiegħu għall-korsijiet full-time għas-sena akkademika 2018/2019. Ir-responsabbilta prinċipali tal-istitut hija li tipprovdi lit-turiżmu u l-ospitalita b’nies professjonali kapaċi jiggarantixxu eċċellenza fil-livell tal-prodotti u servizzi provduti.

Aqra aktar

Tmiem il-ġimgħa mill-aqwa f’Għawdex – Gozo Alive suċċess

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wriet is-sodisfazzjon tagħha li xhur ta’ preparamenti sarrfu fi tliet ijiem ta’ spettaklu u divertiment li żgur laħaq il-gosti ta’ kull minn kien Għawdex fi tmiem il-ġimgħa li għadda. Il-Ministru Caruana qalet li l-għan wara Gozo Alive kien li Għawdex jiġi mobilizzat, u dan l-għan intlaħaq b’suċċess. Hi qalet li l-kunsilli lokali u l-għaqdiet ipparteċipaw bi ħġarhom f’din l-attività fejn il-Ministeru għal Għawdex ta spazju lil kull min ried jipparteċipa.

Aqra aktar

BIL-FILMATI: Għajnuna ta’ €10,000 għall-persuni li jadottaw tarbija minn barra ‘l pajjiż

“Kif jgħidu, t-tfal jimlewlek id-dar.. differenza kbira iva, issa għandek min jgħajjatlek Ma u Pa.. hija xi ħaġa kompletament differenti.. għax anka fis-sens li ma kellniex tfal, u issa għandna lil Mariah.. u anka li tgħidlek il-kelma Pa.. tidħollok fil-fond ta’ qalbek.”

Dan hu kliem Gerald Cardona, raġel li fi Frar li għadda sar missier għall-ewwel darba bil-wasla ta’ Mariah, tifla ta’ sitt snin mill-Indja. Gerald qalilna li hu flimkien ma’ martu Mary Lou damu iktar minn ħames snin jippruvaw jadottaw, u wara diversi tentattivi biex jadottaw minn pajjiżi Ewropej, rħewlha lejn l-Indja, fejn sabu lil Mariah.

Mary Lou, li issa saret omm qaltilna li l-isfidi tal-adozzjoni huma kbar.

Aqra aktar

IL-MESSAĠĠ QATTIEL KIEN JAQRA #REL1=ON

Kien imiss li jixhdu l-aġenti tal-FBI liema apenti preżentaw għadd ta’ dokumenti. L-informazzjoni provduta turi li permezz ta’ messaġġ li ntbagħat, ħadet il-bomba.

12:00: Fuq il-pedana tax-xhieda issa telgħu l-aġenti tal-FBI Richard Fennerne  u William Schute.

Fejn preżentaw għadd ta’ dokumenti lill-Qorti u lid-difiża.

Qabel jibdew jixhdu huma spjegaw li huma Aġenti Speċjali tal-FBI u jispeċjalizzaw fl-analiżi tad-‘Data Ċellulari’. Xogħlhom huma li jiġbru l-informazzjoni u jikkumbinaw l-informazzjoni ma’ dik mit-torrijiet ċellulari, imbagħad jaslu għat-telefonata fejn tkun saret. Huma qalu lir-rapport tagħhom huwa kemmxejn twil.

Huma kkonfermaw li tqabbdu sabiex jagħmlu dan ix-xogħol mill-Maġistrat Inkwirenti Anthony Vella.

Aqra aktar

Send this to a friend