2018 – Page 138 – One News

Notifiki

Malta – Il-gżira tal-Blockchain

Dan huwa l-isem li qed jagħtu lill-pajjiżna l-intraprendituri u l-investituri f’dan il-qasam.

Tim Draper, wieħed mill-akbar intraprendituri Amerikani fil-qasam tad-DLT u l-blockchain kien f’pajjiżna u ma’ dan l-istazzjon spjega kif din il-gżira ċkejkna qed tkun pijuniera f’qasam li skont hu se jkun ferm akbar mill-internet u kull teknoloġija oħra li teżisti.

Aqra aktar

Perez ta’ Gżira lura fi Spanja

L-attakant Spanjol Moises Avila Perez mhux mistenni jkompli jilgħab f’Malta hekk kif ser jirritorna f’pajjiżu.

Il-captain ta’ Gżira United kien strumentali għal Maroons hekk kif mhux biss għen lit-tim jikseb l-promozzjoni mill-ewwel divizjoni għal premier żewġ staġuni ilu, iżda fit-tmiem l-istaġun li għadda għen lil Gżira jaslu fit-tielet post tal-klassifika u għalhekk minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra ser jilagħbu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.

Aqra aktar

Jason Azzopardi ma jirrepetix l-allegazzjonijiet fil-qorti

Fil-bidu tas-seduta ta’ dalgħodu waqt il-Kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-avukat Martin Fenech li qed jidher għal Vince Muscat oġġezzjona għal dak li qal id-deputat Jason Azzopardi bl-immunità Parlamentari, meta allega li l-akkużati ġew mgħarrfa minn qabel bl-arrest tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend