2018 – Page 125 – One News

Notifiki

ARA: Iniedu dokumentarju dwar il-Konvoj ta’ Santa Marija

Ġie mniedi dokumentarju sabiex jinġabru l-memorji importanti ta’ dan l-avveniment mil-lenti tan-nies li għexu dawk iż-żminijiet. Dan sar bl-għajnuna ta’ studenti mill-kulleġġ ta’ Santa Margerita f’Bormla li intervistaw diversi anzjani dwar il-ħajja tagħhom dak iż-żmien li tkellmu dwar it-tbatijiet li għaddew minnhom fil-ġimgħat u x-xhur li waslu għal wasla tal-Konvoj ta’ Santa Marija f’Malta.

Aqra aktar

Tkompli t-twissija ta’ riħ qawwi

Tkompli t-twissija ta’ riħ qawwi fuq il-gżejjer Maltin li anke ddominat il-jum tal-bieraħ.

Ir-riħ jista’ jiżdied aktar tard u anke jippersisti matul il-lejl.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jieħu l-prekawzjoni meħtieġa f’każ ta’ għawm.

Inrawmu d-djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet permezz tal-istorja u l-kultura

‘Flimkien għal Ambjent Aħjar’ ħolqu dokumentarju bl-isem ta’ Lest We Forget, li jikkommemora l-75 anniversarju tal-Konvoj ta’ Santa Marija fl-2017.

Dan il-proġett kien possibbli permezz ta’ finanzjament miksub mill-fond Komunitajiet Kreattivi, fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. Dan id-dokumentarju ġedded il-memorja kollettiva ta’ membri mill-komunità tat-Tlett Ibliet li għexu dan l-avveniment storiku. Dawn in-nies ġew intervistati minn studenti tal-Kulleġġ Santa Margerita.

Aqra aktar

Il-Ministru Ian Borg jattendi l-kunsill tat-Trasport fil-Lussemburgu – diversi proposti diskussi

Waqt il-Kunsill tat-Trasport li ttella’ fil-Lussemburgu fis-7 ta’ Ġunju taħt il-Presidenza Bulgara, numru kbir ta’ proposti leġislattivi ġew diskussi mill-Ministri għat-Trasport. Filwaqt li fir-rigward ta’ uħud minn dawn il-proposti ntlaħaq ftehim suffiċjenti biex wassal għal adozzjoni ta’ approċċ ġenerali, oħrajn se jirrikjedu aktar diskussjonijiet fi gruppi ta’ ħidma, u fil-każ ta’ dawn, il-Ministri ngħataw rapport tal-progress.

Aqra aktar

Send this to a friend