2018 – Page 121 – One News

Notifiki

Bil-filmat: 7% inqas ilmenti għand l-ombudsman

Is-sena li għaddiet naqsu b’sebgħa fil-mija r-rapporti li daħlu għand l-Ombudsman Parlamentari.

Irrapurtat dan il-gażżetta Kullħadd, fejn fir-rapport annwali tiegħu, l-Ombudsman jikteb li fl-elfejn u sbatax daħlu għandu ħames mija u għoxrin każ bil-maġġoranza minnhom ssolvew bil-kelma t-tajba.

Aqra aktar

U-turn oħra tal-viċi kap Nazzjonalista

Wara l-barax ta’ kritika li qala’, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius reġa’ lura minn kliemu.

Mindu tħabbar is-Central Link Project, proġett li se jindirizza l-problema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta, Agius ma waqafx jikkritika dan l-investiment fl-infrastruttura ta’ pajjiżna b’nefqa ta’ ħamsa u ħamsin miljun ewro.

Aqra aktar

ARA: Kap negattiv kontra kull proġett soċjali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia huwa kontra kull proġett soċjali li qiegħed jagħmel il-Gvern.

Intervistat fuq Radio 101, Delia għal darb’oħra reġa’ attakka lill-Gvern u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, għad-donazzjoni ta’ ħames miljun ewro lill-Puttinu Cares mill-Fond ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Aqra aktar

Uża isem falz biex iqarraq

Emmanuel Abela ta’ 49 sena wieġeb ħati li f’Ottubru tas-sena li għaddiet, uża isem falz biex iqarraq, u jakkwista oġġetti ta’ ħaddieħor.

Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest, b’depożitu ta’ ħames mitt ewro, u garanzija personali ta’ ħamest elef ewro.

Sophia Loren għammdet l-MSC Seaview li jtajjar il-bandiera Maltija

Il-leġġendarja ċinematografika Sophia Loren għammdet MSC Seaview, l-aħħar cruise liner u flagship ta’ MSC Cruises f’ċerimonja spettakolari fil-port ta’ Ġenova qabel beda l-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Malta. Iċ-ċerimonja tmexxiet mill-preżentattriċi tat-Televiżjoni Taljana, l-Isvizzera Michelle Hunziker li stiednet lil Zucchero Fornaciari biex jagħti kunċert fuq MSC Seaview.

Aqra aktar

Send this to a friend