2017 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: F’3 snin sar xogħol fuq it-twettiq ta’ 76% tal-wegħdiet elettorali

S’issa sar xogħol għat-twettiq ta’ 76% tal-miżuri tal-manifest elettorali fi 3 snin ta’ Gvern Laburista.

Dan sal-aħħar ta’ Mejju ta’ din is-sena. Dan ifisser li s’issa 312-il proposta twettqu fl-intjier tagħhom. Filwaqt li x-xogħol fuq 242 miżura jinsab fi stadju avvanzat. Dan hekk kif diġa qed jinħass l-effett pożittiv tagħhom mill-pubbliku.

Fl-anniversarju ta’ 3 snin ta’ Gvern Laburista ieħor, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela spjega li l-manifest elettorali ta’ dan il-gvern ma baqax fuq il-karta iżda kif dan il-Gvern ingħata mandat b’saħħtu ieħor bdew jitwettqu l-wegħdiet.

Aqra aktar

Surplus fiskali f’Lulju 2018

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul Lulju li għadda il-Gvern irreġistra surplus finanzjarju ta’ kważi €25 miljun fil-Fond Konsolidat. Is-surplus jirrifletti żieda ta’ €28 miljun fid-dħul tal-Gvern waqt li n-nefqa naqset b’€10 miljun matul Lulju li għadda. Iċ-ċifri tal-NSO juru li matul l-ewwel seba’ xhur tas-sena, id-dħul mit-taxxi kien wieħed b’saħħtu u żdied b’€181 miljun.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena, in-nefqa fuq proġetti kapitali żdiedet bi kważi €23 miljun. Bl-istess mod, in-nefqa rikorrenti żdiedet ukoll, iżda ż-żieda kienet skont dak imbassar għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Lulju li għadda. Fuq perjodu ta’ 12-il xahar, id-dejn naqas b’€193 miljun sal-aħħar tal-Lulju li għadda.

B’reazzjoni, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern seta’ jibda t-tieni nofs tas-sena b’surplus. Qal li dan jawgura tajjeb biex il-Gvern jagħlaq is-sena b’surplus. Qal li dħul qawwi mit-taxxi huwa riżultat ta’ tkabbir b’saħħtu fis-suq tax-xogħol flimkien mal-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja u żieda konsistenti fil-konsum privat.

Il-Professur Scicluna qal li minkejja tnaqqis qawwi ta’ €65 miljun minn għotjiet tal-Unjoni Ewropea, id-dħul totali żdied bi €98 miljun. Il-Ministeru għall-Finanzi qal li jinsab sodisfatt ukoll bit-tnaqqis konsistenti fid-dejn nazzjonali tant li l-interessi fuq id-dejn naqsu b’aktar minn €4 miljun.

 

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA

Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla waslu l-Ġreċja, l-Italja, Spanja u l-Bulgarija fl-2017 u kważi nofshom kienu waħedhom jew ġew separati. Minkejja dawn iċ-ċifri għoljin, li mhux juru ħjiel ta’ tnaqqis, l-Istati Membri għadhom jaffaċċjaw sfidi biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni  fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt li vvota favur riżoluzzjoni fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti.

Aqra aktar

Send this to a friend