2016 – One News

Jinduna li pittura mwarrba taħt mejda kienet tiswa €4 miljuni

Pittura li kienet imwarrba u moħbija taħt mejda spiċċat irrestawrata u ndukrata minħabba li l-valur tagħha jlaħħaq iżjed minn €4 miljuni.

Il-kuratur tal-Mużew Metropolitan tal-Arti fi New York Robert Warren inzerta din il-pittura mwarrba meta mar jirranġa akkwata partikolari fil-mużew minħabba jum ddedikat lill-President Amerikan fis-sena 2016 fejn isiru esebizzjonijiet apposta.

Fuq wara tal-pittura lemaħ bħal tabella li kienet turi, anke wara studju li sar li l-pittura tmur lura għas-seklu 16/17 u tiswa ‘il fuq minn 4 miljun ewro.

2,357 ċitazzjoni fl-2016 f’San Ġiljan

San Ġiljan kien il-lokalità li tul is-sena tal-2016 ingħataw l-akbar numru ta’ ċitazzjonijiet, dan hekk kif ingħataw 2,357 ċitazzjoni.

Din l-informazzjoni ħarġet wara li d-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi,  għal lista ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw bejn is-snin 2013 u l-2016 ta’ kull lokalità.

Aqra aktar

Domino Ice u Jaffar Ali fost l-ismijiet tal-2016 f’Malta

Kull ġurnata tara t-twelid ta’ tarbija, tarbija li koppja tkun ilha tistenna għal disa’ xhur, disa’ xhur li fihom isiru ħafna deċiżjonijiet u ħafna drabi jintgħażel l-isem tat-tarbija, isem li jibqa’ għal ħajjitha kollha. Ma jonqosx dak il-battibekk bejn il-koppja, jekk hux se jmorru għall-isem li jogħġob lill-omm jew lill-missier, bħal ngħidu aħna jekk l-isem ikunx ispirat minn xi plejer tal-futbol popolari jew inkella minn xi kantanta.

Aqra aktar

L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi

Skont The Telegraph, il-Forzi Armati Ingliżi għaddew l-ewwel sena tagħhom f’madwar ħames deċenji mingħajr suldat, baħħar jew pilota maqtul waqt xi operazzjoni.

Statistika mill-Ministeru għad-Difiża tindika li dan ilu ma jseħħ mill-1968. Forzi Brittanniċi ilhom jiġġieldu b’zoni ta’ kunflitt perikolużi għal aktar minn 70 sena, minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont sorsi militari li tkellmu mal-istess ġurnal, it-tmiem tal-ġlied tal-Ingliż fl-Afghanistan, ir-rieda li forzi Ingliżi ma jiġġieldux f’missjonijiet simili u l-attenzjoni ‘l bogħod mill-front lines u aktar lejn it-taħriġ kienu kollha fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat.

Aqra aktar

“Il-kelma grazzi mhux biżżejjed biex nirringrazzja lill-poplu Malti” – President

 

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kellha biss kliem ta’ ferħ u apprezzament għas-somma li nġabret ilbieraħ fl-Istrina 2016. Hija esprimiet li l-kelma grazzi mhux biżżejjed għas-solidarjetá tal-poplu Malti. “Għal darb’oħra tajtu xhieda li meta ningħaqdu u ninsew dak li jifridna, kapaċi nagħmlu affarijiet kbar!” saħqet il-President.

Aqra aktar

€100,000 mill-istudenti għall-Istrina

Il-Kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank saret sinonima ma’ din il-maratona annwali ta’ ġbir ta ‘fondi. Din hija it 13-il sena konsekuttiva li fiha piggy-banks ġew imqassma fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex.

Minn din il-kampanja nġabru €100,000, liema fondi nġabru mill-kampanja l-Istrina BOV Piggy Bank u li mbagħad ġew rdopjjati mill-Bank.

Aqra aktar

Send this to a friend