Uncategorized – Page 7 – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Dalli tgħid li tħossha onorata li Malta nnominata għall-Kummissarju tal-UE

Il-Ministru Helena Dalli rreaġixxiet għan-nominazzjoni tagħha li ser twassalha għal pożizzjoni prestiġjuża fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u stqarret li tinsab kommessa b’dan l-unur. Il-Ministru saħqet ukoll li tinsab kuntenta ħafna li pajjiżna ser ikollu l-ewwel Ministru għall-ugwaljanza li ser ikun raġel li jkompli jixhed kemm Malta qiegħda tkompli tikteb l-istorja sabiex ikun pajjiż tassew ugwali. Dan filwaqt li qalet tinsab onorata li ser tkun l-ewwel mara li ser tiġi nominata biex tkun Kummissarju Ewropew.

Mara l-isptar wara ħabta ma’ trakk tal-gass

Mara ta’ 26 sena minn Għajnsielem spiċċat l-isptar  wara li għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu ħabtet ma’ trakk tal-gass fi Triq l-Imġarr fil-Qala Għawdex.

Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post issejjħet abulanza li immedjatament ħadet lill-mara l-isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.

One.com.mt jinsab infurmat li l-mara sofriet xi ksur.

12,000 tifel u tifla jipparteċipaw fi Skola Sajf f’64 ċentru

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo għamel żjara fl-iskola primarja tal-Ħamrun GP, wieħed mic-ċentri li fih is-servizz ta’ Skolasajf 2019 qed jiġi offrut, fost 57 ċentri oħra madwar Malta u Għawdex. Is-servizz ta’ Skolasajf igawdu minnu wkoll studenti Għawdxin f’7 ċentri f’Ghawdex u ċentri tar-riżorsi. Dan is-servizz annwali jinvolvi l-impjieg ta’ 2000 ħaddiem, fosthom 820 Playworkers u 860 Child Support Workers, biex jieħdu ħsieb madwar 12,000 tifel u tifla.

Aqra aktar

“Dan hu l-aħħar ritratt li għandkom flimkien…kemm kontu qed tieħdu gost, iżda l-bambin kellu triq oħra għalik Elisa”

“Għażiża Elisa, ġejjin intuk l-aħħar tislima, għal Mattea żgur li dan hu l-aħħar ritratt li għandkom flimkien. Dan kien bagħtuli l-papa jumejn qabel l-inċident fejn xtaq juruni kemm kontu qed tieħdu gost u fejn dakhinar kien ser jerġa jeħodkom. Imma sfortunatament il-Bambin kellu triq oħra għalik. M’għandix dubju li qegħda f’post aħjar minn hawn, ħu ħsieb lill-Mamma, Papa u Sara”

Kliem missier ħabiba ta’ Elisa, iċ-ċkejkna li ftit jiem ilu tilfet ħajjitha traġikament f’inċident tal-karozza. Il-missier b’dieqa kbira kiteb kemm it-tifla tiegħu ser timmisja l-ħin li kienu jqattgħu ma’ xulxin bintu u Elisa, fejn jumejn biss qabel l-inċident kienet qed tgħum magħha.

Illum għall-ħabta tat-15:30, ser tingħata l-aħħar tislima liċ-ċkejkna Elisa fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż Żebbuġ.

Jitlef ħajtu wara li baqa’ dieħel bil-mutur fi trakk f’Birkirkara

Raġel ta’ 41 sena tilef ħajtu traġikament wara li kmieni dalgħodu kien involut f’ħabta bil-mutur f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m. fi Triq il-Wied tal-Imsida. Il-vittma kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda CB500FA meta x’aktar tilef il-kontrol u b’konsegwenza t’hekk baqa’ dieħel fi trakk tal-għamla DAF li kien ipparkjat fl-istess triq.Aqra aktar

Send this to a friend