Uncategorized – Page 4 – One News

Notifiki

Il-Gvern qed ifassal liġi biex persuni b’diżabilità intellettwali jkollhom l-għajnuna biex jieħdu deċiżjonijiet

Il-Gvern qed ifassal liġi ġdida biex persuni b’diżabilità intellettwali jiġu mgħejjuna jieħdu deċiżjonijiet.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-drittijiet tal-persuni b’diżabilità Anthony Agius Decelis propju fil-jum Internazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità.

F’konferenza bit-tema ‘Il-Ħelsien għall-Għażla’ organizzata mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis qal li l-liġi ġdida mistennija jkollha struttura biex il-persuni b’diżabilità tassew ikollhom id-dritt li jiddeċiedu huma u mhux li xi ħaddieħor jiddeċiedi f’isimhom.Aqra aktar

Ftehim sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-Università ta’ Malta f’Għawdex

Permezz ta’ ftehim iffirmat, il-Fakultà tad-Dentistrija fi ħdan l-Università ta’ Malta se tiftaħ dental training cleaning f’Għawdex u dan bis-saħħa ta’ investiment li qed isir mill-Ministeru għal Għawdex u l-Università. Dan il-proġett se jikkonsisti fi klinika dentali li tkun attrezzata bl-aħħar teknoloġija fejn l-istudenti li qed isegwu l-kors tad-dentistrija jkunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ prattiku tagħhom u fl-istess waqt jagħtu servizzi varji relatati mad-dentistrija fosthom kampanji ta’ għarfien. Aqra aktar

Send this to a friend