


Il-Lovin Malta tiċħad li hi rappreżentata minn Andrew Borg Cardona ta’ BCGL Advocates
Fi dritt ta’ risposta mibgħuta mis-sit Lovin Malta, b’referenza għall-istorja ta’ ONE News dwar li l-Avukat Andrew Borg Cardona nfexx f’tgħajjir fil-konfront taċ-Chairman Eżekuttiv ta’ ONE, is-sit tal-Lovin Malta qal li l-artiklu jagħti l-impressjoni li Lovin Malta se tiftaħ kawża kontra l-istazzjonijiet tal-partiti politiċi u li b’xi mod qiegħda tiġi rrappreżentata mill-Avukati Andrew Borg Cardona u Peter Caruana Galizia.Aqra aktar

Il-Qorti tal-Appell tnaqqas multa imposta fuq is-Satabank
Il-Qorti tal-Appell naqset il-multa imposta mill-FIAU fuq is-Satabank minn tlieta punt seba’ miljuni għal ftit aktar minn tmien mija u ħamsin elf ewro u ddikjarat li l-multi m’għandhomx ikunu iktar minn għaxra fil-mija mill-profitt li jagħmel il-bank.Aqra aktar

Tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tar-rejd għad-droga f’Raħal Ġdid
Bdew il-kumpilazzjonijiet tax-xhieda separati fil-konfront ta’ Melvin Debono u Dean Martin, quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri.
L-irġiel tressqu l-Qorti b’emerġenza l-Ħadd wara li s-Sibt kienu arrestati mill-pulizija f’rejd tad-droga f’Raħal Ġdid.
L-ispettur Stephen Ryan Micallef irrakkonta li fil-jum tar-rejd, Dean Martin kien innutat jinżel mill-Ħamrun għall-Marsa fejn minn kumpless ta’ garaxxijiet għabba basket u tefgħu fil-karozza fejn imbagħad reħilha lejn Raħal Ġdid fejn joqgħod Melvin Debono.Aqra aktar

Mara u tifel iweġġgħu f’inċident tat-traffiku f’Għawdex
Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li weġġgħet f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tat-08:00 fi Triq l-Imgħallem, iż-Żebbuġ Għawdex.

Ara l-mument li żagħżugħ ittajjar minn karozza wara li qasam bl-addoċċ
Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri żagħżugħ jittajjar minn karozza iżda jqum ftit wara.
Il-każ jidher li seħħ fil-Gżira. Iż-żagħżugħ jidher jipprova jaqsam it-triq bl-addoċċ.Aqra aktar

Ifiqu 128 persuna oħra mill-Covid-19 u jfeġġu 106 każijiet
Fl-aħħar sigħat fiequ 128 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 106 każijiet minn fost 2,626 test.
Dan ifisser li 95.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 4.3% ġew pożittivi.
Sa issa, fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna, saru 455,897 test.

Miexi ġmielu x-xogħol f’Dar Żerniq
Miexi ġmielu x-xogħol ta’ riġenerazzjoni f’Dar Żerniq fis-Siġġiewi, li fiha se tilqa’ erba’ persuni b’diżabilità biex jgħixu ħajja indipendenti.Aqra aktar

Inawgurata The Calm Room fuq il-kampus tal-Università
Ġiet inawgurata The Calm Room on Campus, proġett mill-Fondazzjoni Marigold b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Studenti Universitarji b’investiment ta’ madwar ħamsa u tletin elf ewro.
Il-proġett se jipprovdi spazju kalm u inklussiv għal studenti fl-ispettru tal-awtiżmu u għall-istudenti li għandhom bżonn xi mumenti kwieti matul il-ġurnata fl-Università. B’dan l-investiment The Marigold Foundation irranġat, żejjnet u waqqfet din il-kamra li fiha tagħmir sensorjali għall-adulti.

Jason Azzopardi jiċċara s-safar tiegħu mħallas mill-Parlament
Fi dritt ta’ risposta li bagħat l-avukat ta’ Jason Azzopardi ċċara li s-safar li siefer fuq xogħol tal-Parlament, il-Parlament ħallas biss il-vjaġġ tiegħu skont il-proċeduri tal-Kamra.Aqra aktar