Sport – Page 9 – One News

Notifiki

Xandiriet ta’ World Pro Racing fuq ESPN

World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-esports, tissieħeb ma’ ESPN biex jixxandru t-tlielaq fuq stazzjon internazzjonali b’miljuni ta’ segwaċi. World Pro Racing ilha topera mill-2017 u pass pass dejjem baqgħat tielgħa sal-quċċata, tikkompeti ma’ kumpaniji oħra b’saħħithom. Aqra aktar

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex iridu li jitwaqqfu l-Kampjonati

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex ma jixtiqux li l-Kampjonati 2019/2020 ikomplu anke jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-approvazzjoni tagħhom. Huwa mifhum li l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Għawdex marret b’din it-talba għand l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Malta fejn jidher li ser tkun qed tevalwa din ix-xewqa u b’kull probabilità taċċetta dak li jridu l-clubs f’Għawdex. Aqra aktar

Il-futbol Malti ser jibqa’ sospiż sal-aħħar ta’ Mejju

Fl-aħħar sigħat l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol kellha laqgħa importanti mall-awtoritajiet tas-saħħa fejn dak li ġie diskuss flimkien mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt l-edizzjoni virtwali tal-program L-Argument tal-Ħadd 12 t’April, issa ġie kkonfermat jiġifieri l-Kampjonati Maltin ser jibqgħu sospiżi sal-aħħar ta’ Mejju.

Aqra aktar

Il-UEFA qed tippjana sabiex il-finali taċ-Champions League ssir f’Awwissu

Il-UEFA se tkun qed tiltaqa’ fit-23 ta’ April sabiex tiddiskuti t-triq ‘il quddiem għall-kompetizzjoniet Ewropew, dawk taċ-Champions League u l-Europa League, hekk kif dawn il-kompetizzjonijiet ġew posposti minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Waħda mill-possibilitajiet hija l-istaġun jitkompla u jintemm sal-aħħar ta’ Awwissu, iżda din id-deċizzjoni trid tittieħed mill-UEFA. Dan ifisser li l-finali taċ-Champions League li se jsir f’Istanbul isir fid-29 ta’ Awwissu, filwaqt li l-finali tal-Europa League li ħa jsir f’Gdansk se ssir ħamest ijiem qabel.

Matul dawn id-diskussjonijiet se tara kif għandhom jitkomplew il-fażijiet tan-knockout f’dawn il-kompetizzjonijiet Ewropew.

Imut l-eks plejer internazzjonali Malti Tony Cauchi

Il-kommunità tal-futbol Maltija tinsab f’nieket hekk kif l-eks plejer internazzjonali Malti Tony Cauchi miet fl-għomor ta’ 84 sena.

L-eks plejer internazzjonali Malti lagħab l-ewwel logħba internazzjonali fl-Empire Stadium fl-24 ta’ Frar 1957 u dakinhar skurja l-ewwel gowl għat-tim Malti. Dakinhar pajjiżna tilef bl-iskor ta’ 3-2.

Cauchi lagħab għal 15-il staġun mat-tim ta’ Floriana fejn skorja 175 gowl f’226 il-logħba. Ma’ Floriana huwa rebaħ erba’ kampjonati, sitt FA Trophies, il-Cassar Cup, l-Independence Cup u tliet darbiet ix-Scicluna Cup.

Wara li rtira huwa mexxa lil Lija Athletic, Qormi, Rabat Ajax, Mosta, Żejtun Corinthians, Naxxar Lions, Marsaxlokk u Żebbuġ Rangers.

Il-futbol Malti sospiż b’mod indefinit

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA issospendiet l-istaġun lokali tal-futbol u l-futsal b’mod indefinit. L-MFA ħabbret dan il-midja soċjali t-Tnejn filgħaxija, u spjegat li d-deċiżjoni ttieħdet mill-Malta FA Bureau wara laqgħa twila dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-imxija tal-Covid-19.Aqra aktar

Send this to a friend