Sport – Page 8 – One News

Notifiki

Il-President tal-UEFA jinsab kunfidenti li l-futbol se jerġa jiġi għan-normal fiż-żmien li ġej

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin qal li jinsab kunfidentI li fiż-żmien li ġej, il-futbol se jerġa jkun l-istess bħal ma kien qabel il-pandemija.

Il-kampjonati madwar l-Ewropa twaqqfu minħabba l-imxija tal-Coronavirus, f’nofs Marzu u anke l-kampjonati Ewropej li kellhom isiru dan is-sajf ġew posposti għas-sena d-dieħla.

F’intervista mal-midja internazzjonali, Ceferin qal li l-futbol ma nbidilx wara l-ewwel u t-tieni gwerra dinjija u lanqas dan il-virus mhu se jbiddel wara li jgħaddi dan il-virus.

Il-Kampjonati tal-isnooker u tal-billiard dikjarati nulli

Fi stqarrija, il-Malta Billiards & Snooker Association, L-MBSA qalet li l-kampjonati tal-istaġun 2019/20 tal-isnooker u l-billiards ġew iddikjarati nulli.

Din id-deċizzjoni ttieħdet minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19 u fl-istqarrija l-MBSA kompliet tgħid li qed tieħu d-deċizzjonijiet fi żmien opportun.

Xandiriet ta’ World Pro Racing fuq ESPN

World Pro Racing, kumpanija Maltija fil-qasam tal-esports, tissieħeb ma’ ESPN biex jixxandru t-tlielaq fuq stazzjon internazzjonali b’miljuni ta’ segwaċi. World Pro Racing ilha topera mill-2017 u pass pass dejjem baqgħat tielgħa sal-quċċata, tikkompeti ma’ kumpaniji oħra b’saħħithom. Aqra aktar

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex iridu li jitwaqqfu l-Kampjonati

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex ma jixtiqux li l-Kampjonati 2019/2020 ikomplu anke jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-approvazzjoni tagħhom. Huwa mifhum li l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Għawdex marret b’din it-talba għand l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Malta fejn jidher li ser tkun qed tevalwa din ix-xewqa u b’kull probabilità taċċetta dak li jridu l-clubs f’Għawdex. Aqra aktar

Il-futbol Malti ser jibqa’ sospiż sal-aħħar ta’ Mejju

Fl-aħħar sigħat l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol kellha laqgħa importanti mall-awtoritajiet tas-saħħa fejn dak li ġie diskuss flimkien mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt l-edizzjoni virtwali tal-program L-Argument tal-Ħadd 12 t’April, issa ġie kkonfermat jiġifieri l-Kampjonati Maltin ser jibqgħu sospiżi sal-aħħar ta’ Mejju.

Aqra aktar

Send this to a friend