Notifiki

Valletta FC eliminati mill-UEFA Champions League

Iċ-ċampjins Valletta FC ilbieraħ ġew eliminiati mill-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Champions League meta ġew miżmuma fid-draw ta’ 1 – 1 minn FK Kukesi tal-Albanija.

It-tim mill-kapitali kien bla dubju l-aħjar tim fil-grawnd u wara taqsima mingħajr gowls, it-tim immexxi minn Danilo Doncic irnexxilhom jmorru fil-vantaġġ fil-67 minuta grazzi għal Santiago Malano.

Sitt minuti mit-tmiem l-avversarji ġabu d-draw permezz ta’ Irakli Dzaria biex irnexxilhom jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss permezz tal-‘goal away’.

Minkejja li tilfu u ġew eliminati mill-UEFA Champions League, Valletta FC issa jilgħabu fil-UEFA Ewropa League kontra t-tellief tal-konfront bejn Spartak Trnava ta’ Slovakja u HSK Zrinjski tal-Bosnija-Herzegovina.

Birkirkara FC jiffirmaw lil Carabott b’self minn Hibernians

L-istilla tal-futbol Malti tan-nisa Ylenia Carabott, ser tkun qed tingħaqad ma’ Birkirkara FC wara li l-klabb iffirmaha b’self għal sena minn Hibernians FC.

Il-klabb ta’ Birkirkara ħabbar dan fi stqarrija fuq Facebook fejn spjegaw li l-kuntratt ser ikun iffinallizzat fil-jiem li ġejjin. Dan sabiex hija tkun eliġibbli tilgħab ukoll għat-tim il-ġdid tagħha fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tan-nisa bejn is-6 u t-13 ta’ Awwissu fl-Ukrajina.

Carabott rebħet disa’ darbiet l-premju tal-aqwa taop scorer f’pajjiżna bi tmienja minnhom jiġu kollha wara xulxin bejn l-2009 u l-2017. B’kollox hija skurjat 334 gowl f’totall ta 257 logħba.

Carabot hija wkoll plejer strumentali għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa bid-debut tagħha jasal fl-2005. Hija rnexxiela ssib ix-xibka 19-il darba f’73 logħba.

 

Balzan FC jivvjaġġaw lejn l-Azerbaijan

Balzan FC ħallew pajjizna dalgħodu bid-destinazzjoni tkun l-Azerbaijan sabiex nhar il-Ħamis fil-19.00 f’Dalga Arena f’Baku jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Ewropa League.  Balzan FC rebħu l-ewwel logħba li ntlagħbet f’pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet 4 – 1, b’goals minn Alfred Effiong, Lecao, Bojan Kaljevic u Cadu.

Waqt il-programm “L-Argument Ikompli” tal-bieraħ il-president ta’ Balzan FC Anton Tagliaferro sostna li minkejja din ir-rebħa komda t-tim ta’ Balzan FC iridu joqgħodu attenti ħafna mill-avversarji għaliex il-logħba tal-Ħamis tista’ tkun diffiċli jekk it-tim tiegħu ma jarfux jikkontrollaw lill-avversarji.  Tagliaferro saħaq dwar l-importanza li t-tim tiegħu javvanza għar-rawnd li jmiss mhux biss minħabba d-dħul finanzjarju iżda anke għall-istorja tal-klabb.

UEFA Champions League: Illejla Valletta FC jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd

Wara d-draw ta’ mingħajr goals fl-Albanija, fil-18.00 tal-lejla fic-Centenary Stadium ċ-ċampjins Maltin Valletta FC, jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League kontra FK Kukesi.

Bla dubju r-riżultat tal-ewwel leg qed jitqies bħala wieħed tajjeb sabiex Valletta FC ikomplu jibnu fuqu u javvanzaw għar-rawnd li jmiss.  Rebħa biss tagħmel ċert li t-tim mill-kapitali jgħaddi għar-rawnd li jmiss.  Jekk Valletta FC jirnexxilhom jagħmlu dan, allura jkun kitbu l-storja tal-klabb għaliex s’issa qatt ma rnexxilhom javvanzaw mill-ewwel rawnd tal-stess kompetizzjoni.

Aqra aktar

Waterpolo: Malta tibda b’telfa fil-Kampjonati Ewropej

Tard ilbierah filghaxija t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo beda bl-avventura tiegħu fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Barcellona b’telfa kbira ta’ 21 – 4 kontra Spanja.  Din hija t-tieni darba fl-storja tat-tim nazzjonali Malti li qed jiehu sehem mal-aqwa sittax il-pajjiz fl-Ewropa.

Il-qawwa tat-tim Spanjol kienet evidenti sa minn qabel il-logħba bl-iSpanjoli jieħdu r-ridni mill-ewwel minuta.  Huma rebħu s-sessjonijiet kollha 4 – 1, 5 – 0, 8 – 2 u 4 – 1.  Il-gowls tal-maltin ġew skurjati minn Jerome Gabaretta, doppjetta ta’ Stevie Camilleri u Matthew Zammit.

It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada kontra l-Montenegro fil-5pm u l-Ġimgha kontra Franza fil-6.30pm.

Chelsea jkeċċu lil Conte

Il-midja Taljana qed tirrapporta li Antonio Conte tkeċċa minn manager ta’ Chelsea meta kien fadallu sena fuq il-kuntratt. Ix-xnihat li Conte ma kienx ser jibqa’ jmexxi lit-tim minn Londra ilhom għaddejjin iżda issa jidher li t-tmexxija ta’ Chelsea waslet għal deċiżjoni finali.Aqra aktar

Send this to a friend