Sport – Page 66 – One News

Notifiki

Vince Farrugia jirbaħ il-Kampjonat Autocross

Nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi għalqet l-istaġun 2017/2018 tal- Kampjonat Nazzjonali Autocross sponserjat mid-ditta Pasta Poiatti. Din kienet it-tnax u l-aħħar tiġrija tal-kampjonat iżda kienet il-ġurnata li fiha saret il-Van Demolition Derby 2018 li ilha ma ssir għal dawn l-aħħar 24 sena.

Ħarsa lejn l-Autocross fejn 20 karozza rreġistraw għal din il-kompetitzzjoni maqsuma f’tliet klassijiet, dik Modified, Standard u oħra li jaqaw fiha s-sewwieqa Għawdxin. Matul il-Heats tal-ġurnata fil-Klassi Modified rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta ddomina u assigura postu fil-Finali A tal-ġurnata. Miegħu kkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Melo Zammit u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Opel Corsa u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta.Aqra aktar

Kampjonat tar-Road Race 2018: It-tielet rebħa għal Marie Claire Aquilina

Il-Kampjonat tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmubġie fi tmiemu lbieraħ bit-tielet u l-aħħar tellieqa Tal-Maqluba, Żurrieq/Qrendi.

Fil-kategorija Elite, Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT rebaħ it-tiġrija ta’ għaxar dawriet għal distanza ta’ 100km f’ħin ta’ 2:38:39.67. It-tieni u t-tielet post kienu deċiżi permezz ta’ photo finish fejn Pierre Borg – Mosta AF Sign Studio CC spiċċat it-tieni f’2:39:17.56, filwaqt li Christian Formosa ta’ The Cyclist daħal it-tielet f’2:39:17.60.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens għal darb’oħra spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet is-seba’ dawriet tagħha ta’ 70 km, f’ħin ta’ 2:04:45.38. Ċiklisti oħra minn Team Greens spiċċaw fuq il-podju, t-tieni Danica Bonello Spiteri (2:06:05.68) u t-tielet Michelle Vella Wood (2:34:36.11).Aqra aktar

Birkirkara FC eliminati mill-UEFA Europa League

Birkirkara FC ġew megħluba minn Kl Klaksvik tal-Faroe Islands meta lbieraħ tilfu bl-iskor ta’ 2-1 għal aggregate ta’ 3-2 favur l-avversarji biex b’hekk ġew eliminate mir-rawnd preliminary tal-UEFA Europa League.

Birkirkira FC kienu sfortunati li sofrew gowl eżatt qabel l-interval meyta Dani Pavlovic, l-awtur tal-gowl fl-ewwel leg, sab ix-xibka biex Kl Klaksvik daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ gowl.

Pall Klettskard għamel l-iskor 2-0 mas-siegħa logħob b’Marcelinho naqqas id-distakk għall-istripes fl-aħħar mumenti; gowl li ma kienx biżżejjed biex Birkirkara jagħmuluha għal fażi li jmiss.

Gżira United jagħmluha għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League

Gżira United komplew fejn ħallew fit-tmiem l-istaġun li għadda meta lbieraħ fit-tieni leg tar-rawnd preliminari tal-UEFA Europa League għelbu lil Saint Julia tal-Andorra bl-iskor ta’ 2-1 fil-Grawnd taċ-Ċentinarju.

It-tim mmexxi minn Darren Abdilla ġew minn wara u dawru r-riżultat favur tagħhom.

Kien Mendez li fit-62 minuta poġġa lill-avversarji fil-vantaġġ iżda erba’ minuti wara l-Maroons ingħataw penalty li minnu Amadou Samb ma falliex għal 1-1. Tlett minuti fuq il-ħin regolamentari Edison Bilboa Zarate skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħ għal Gżira.

Gżira għalhekk għaddew minn dan ir-rawnd b’aggregate ta’ 4-1.

Sfida qawwija mill-aħwa Formosa għar-rebħ tal-Kampjonat Road Race

Il-Kampjonat tar-Road organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ser jiġi fi tmiem tiegħu nhar il-Ħadd li ġej 8 ta’ Lulju 2018 bit-tielet u l-aħħar tiġrija f’Tal-Maqluba, Qrendi-Żurrieq u li tibda fis-7.30am.

Fil-kategorija Elite, l-aħwa Maurice u Christian Formosa ta’ The Cyclist jinsabu jillidjaw flimkien il-klassifika bi 355 punt segwiti rispettivament minn William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC bi 315. Interessanti l-fatt li dawn huma t-tlieta huma c-champions tal-aħħar tliet snin fejn Maurice Formosa kien champion fl-2015, William Hili fl-2016 u Christian Formosa fl-2017.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens tinsab tillidja l-kategorija tan-Nisa b’massimu ta’ 400 punt. Warajha hemm seħbitha Michelle Vella Wood bi 330 punt u Marion Pullicino ta’ Mosta AF Sign Studio CC bi 315 punt.Aqra aktar

Jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Maltin

Ic-champions tal-Kampjonat Premier Valletta FC ser jibdew id-difiża tat-titlu kontra Sliema Wanderers. Dan sar magħruf illum hekk kif fit-Trophies Launge tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali tellgħu l-poloz tal-Kampjonati kollha.

Fl-ewwel ġurnata ser jintlagħbu wkoll dawn il-logħbiet:-

Mosta  vs St. Andrews

Qormi  vs Senglea Athletic

Tarxien R. vs Gzira U.

Birkirkara vs Balzan

Hamrun S. vs Floriana

Il-Kampjonat Premier ser jibda l-Ġimgħa 17 t’Awwissu u jintemm fis-27 t’April.

Il-Kampjonat tal-Ewwel Divizjoni ser jibda fl-14 ta’ Settembru bl-ewwel ġurnata ser tlaqqa’ lil dawn it-timijiet:-

Żebbuġ Rangers vs Zejtun Corinthians
Pembroke Athleta vs Gudja U.
Santa Lucia vs Qrendi
Mqabba vs Vittoriosa Stars
Naxxar Lions vs Lija Athletic
San Gwann vs Swieqi United
Sirens vs Marsa

Il-Kampjonat tat-Tieni Divizjoni ser jibda fil-8 ta’ Settembru fejn fl-ewwel ġurnata ser jkollna dawn il-logħbiet:-

Siġġiewi vs Mellieħa
Marsaxlokk vs Rabat Ajax
Fgura United vs Melita
Żabbar St. Patrick vs Sta. Venera Lightnings
Birzebbuga St. Peter’s vs Luqa St. Andrew’s
Mġarr United vs St. George’s
Kalkara bye

Il-Kampjonat tat-Tielet Diviżjoni ser jibda fil-15 ta’ Settembru b’dawn il-logħbiet:-

Għargħur vs Xghajra Tornados
Ta’ Xbiex vs Mdina Knights
Attard vs Kirkop United
Mtarfa vs Dingli Swallows
Msida St. Joseph vs Marsaskala
Għaxaq vs Żurrieq

Send this to a friend