


Imħabbra l-fixtures tal-ewwel tliet matchdays
Tard dalgħodu l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol ħabbret il-fixtures tal-ewwel tliet matchdays hekk kif il-Kampjonat Premier 2020 / 2021 ser jibda uffiċjalment is-Sibt 19 ta’ Settembru 2020. Aqra aktar

It-tim Marsi rebaħ ir-regatta
It-tim Marsi rebaħ ir-regatta tradizzjonali ta’ Jum il-Vitorja, għall-erbatax-il darba fl-istorja, wara li t-Tlieta fil-Port il-Kbir saret ir-Regatta Tradizzjonali. Id-distrett ta’ Birzebbuġa rebaħ Kategorija B.Aqra aktar

UEFA Nations League: L-ewwel punt għal Malta
It-tim nazzjonali Malti kiseb l-ewwel punt f’Grupp D1 tal-UEFA Nations League meta fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali l-Ħadd filgħaxija Malta spiċċat il-partita kontra l-Latvja 1 – 1.

“Inħossni kburija li kelli l-pajjiż warajja” – iż-żagħżugħa Maltija li skurjat żewġ gowls fid-debutt tagħha fl-Italja
Dawn kienu ż-żewġ gowls li skurjat iż-żagħżugħa Maltija Haley Bugeja ta’ sittax-il sena, fl-ewwel logħba tagħha fil-kampjonat Taljan tan-nisa, is-Serie A Femminile.
Is-Sibt filgħaxija, Haley lagħbet l-ewwel partita tagħha mat-tim ta’ US Sassuolo kontra t-tim ta’ Napoli, u t-tim tagħha rebaħ bi skor ta’ 3-1. Aqra aktar

UEFA Nations League – Telfa sfortunata għal Malta
Bidu sfortunat għall-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia hekk kif it-tim nazzjonali Malti fl-ewwel partita tiegħu minn League D Grupp 1 tal-UEFA Nations League tilef 3 – 2 kontra l-gżejjer Faroe.Aqra aktar

Demicoli u Debono Grech jispikkaw fl-għawm bejn Malta u Għawdex
Is-Sibt filgħodu Birkirkara St. Joseph Sports Club temm l-impenji tiegħu tal-għawm Open Water meta meta saru l-Kompetizzjonijiet tal-għawm bejn Malta u Għawdex. Minkejja id-dehra kalma tal-baħar, l-għawwiema kellhom jissieltu mal-kurrenti qawwija li l-fliegu hu mgħaruf għalihom. Madankollu l-għawwiema kollha rnexxielhom jispiċċaw it-tlielaq rispettivi tagħhom.Aqra aktar

Sliema bit-tieni akkwist ta’ fama internazzjonali
Sliema Wanderers F.C. ħabbru l-akkwist tal-midfielder ta’ 32 sena l-Olandiż Danny Holla.Aqra aktar

Titħabbar l-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar l-iskwadra li ġet magħżula għal logħbiet mill-Kampjonat Ewropej 2021 kontra L-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija rispettivament; logħbiet validi minn Grupp 8.Aqra aktar

UEFA Nations League: It-tim nazzjonali Malti tal-futbol jħalli Malta llum
Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia ffinalizza l-iskwadra tiegħu qabel il-kontinġent Malti jħalli pajjiżna aktar tard illum waranofsinhar. Aqra aktar