Sport – Page 51 – One News

Notifiki

Martial immultat minn Manchester United

L-attakant Franċiż ta’ Manchester United Anthony Martial mistenni li jiġi immultat ġimgħatejn paga wara li ma rrappurtax lura għat-taħriġ mar-red devils.  Martial ingħata permess li jħalli l-iskwadra ta’ Manchester United li kienet għaddejja b’tour fl-Istati Uniti hekk kif it-tfajla tiegħu kienet ser twelled.

Wara t-twelid tat-tarbija, Martial naqqas li jirritorna lura biex ikompli bit-taħriġ mal-iskwadra, xi ħaġa li urtat bil-kbir lil manager tat-tim Jose Mourinhio.  Martial tilef it-telfa li kellhom ir-red devils kontra Liverpool u r-rebħa tal-bieraħ kontra Real Madrid.

Aqra aktar

Balzan FC jħallu Malta dalgħodu

Balzan FC dalgħodu ħallew pajjiżna sabiex jibdew bil-vjaġġ tagħhom lejn l-iSlovakkja qabel għada fit-20.30 ta’ filgħaxija jaffaċċjaw lil Slovan Bratislava fit-tieni leg tat-tieni rawnd tal-UEFA Ewropa League.  Fl-ewwel leg li intlagħbet f’pajjiżna l-ġimgħa li għaddiet Balzan FC rebhu 2 – 1 b’goals skurjati minn Kaljevic u Ljubomirac.

Aqra aktar

Higuain u Bonucci mistennija jibdlu l-klabb

Huwa kważi ċert li l-attakant Arġentin Gonzalo Higuain mistenni jħalli Juventus biex jingħaqad ma’ Milan b’self għal staġun, iżda fl-istaġun ta’ wara isir għal kollox plejer ta’ Milan.  Higuain mistenni jiswa lir-rossoneri €55 miljun.  Huwa kien ingħaqad ma’ Juventus sentejn ilu mingħand Napoli.Aqra aktar

Send this to a friend