Sport – Page 44 – One News

Notifiki

Illejla Malta tilgħab it-tieni logħba fin-Nations Cup

It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab it-tieni logħba minn Grupp D3 tan-Nations Cup meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħab kontra l-Azerbaijan.  Malta tilfet fl-ewwel logħba 3 – 1 away kontra l-Faroe Islands filwaqt li l-Azerbaijan spiċċaw l-ewwel logħba f’parita ta’ mingħajr goals kontra l-Kosovo.Aqra aktar

Organizzat b’suċċess il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting

Ilbierah ġie organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. 11-il atleta minn 25 atleta kienu qegħdin jikkompetu f’dan l-isport għall-ewwel darba. L-aħjar atleta nazzjonali fil-kategorija tan-nisa kienet Maria Debono fejn irreġistrat squat ta’ 102.5kg, 62.5kg fil-benchpress u 137.5kg fid-deadlift. Wara Debono kien hemm Tamasin Mallia u Maria Qvarnstörm fejn ikkompetew fil-kategorija tat-63kg u t-53kg rispettivament. B’kollox ikkompetew 6 nisa f’dan l-isport, fejn Sonia Brahmi u Annette Micallef Arnaud ikkompetu għall-ewwel darba, waqt li Rachel Ann Said tejbet postha fir-rankings nazzjonali billi kisbet 207 punti.Aqra aktar

Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt

Wara li bħal dan iż-żmien sena ilu, id-difensur intenazzjonali Malti Jonathan Caruana ġie sospiż erba’ snin minn-NADO (National Anti-Doping Organisation) hekk kif instab pożittiv li għamel użu minn sustanzi projbiti fl-sport, jidher li d-difensur ta’ Valletta FC mistenni jirritorna fil-ġimgħat li ġejjin wara sena sospenzjoni.Aqra aktar

Tibda l-ġimgħa Ewropeag ħall-Isport

Ilbierah fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ġie fi tmiemu l-programm imniedi minn SportMalta Summer On The Move filwaqt li infetħet uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropeja ddedikata lill-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.Aqra aktar

L-aqwa skorer Malti ta’ kull żmien mistieden għal-logħba tal-Ħadd li ġej

L-ex plejer tal-futbol Malti Carmel Busuttil (il-Bużu), se jkun wieħed mill-plejers mistiedna waqt il-logħba mistennija ta’ nhar il-Ħadd li ġej, bejn Valletta F.C. u Manchester Reds Legends XI.

Busuttil se jilgħab ma’ Manchester Reds Legends XI, li se jilgħabu kontra Valletta F.C. fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru. Il-logħba tibda fis-6.30pm.

Carmel Busuttil skorja 213-il gowl matul il-karriera tiegħu, 23 minnhom ġew skurjati għat-Tim Nazzjonali Malti. Hu qatta erba’ snin bħala Kaptan fil-klabb tal-futbol Belġjan K.R.C. Genk, u ġie rikonoxxut bħala l-aqwa skorer tal-klabb għal tliet snin. F’Malta, Busuttil rebaħ 3 Premier Leagues, 2 Maltese Cups u 4 Maltese Super Cups bejn l-1984 u l-2000.

Il-plejers ta’ Manchester Reds Legends XI, li lagħbu għal Manchester United bejn l-1971 u l-2008, bejniethom rebħu diversi Premier LeaguesFA Cups u Champions Leagues.Aqra aktar

Silvio Vella jagħżel l-iskwadra finali għal-loghba kontra l-Belġju

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar il-lista finali ta’ plejers li ser ikunu eliġibbli jilgħabu għat-tim nazzjonali Malti nhar il-Ġimgħa li ġej kontra l-Belġju, f’logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija.

L-iskwadra tat-tim nazzjonali tinkludi plejers b’esperjenza mat-tim nazzjonali tal-kbar fosthom Jean Borg, Dunstan Vella, Myles Beerman, Jake Grech, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko.

Kurt Zammit ta’ Birkirkara FC ser ikun qed jirritorna wara li tilef t-telfa ta’ 4 – 0 kontra Svezja. Anke Mathew Guillaumier ta’ Birkirkara FC irritorna wara li tilef parti kbira mill-istaġun li għadda.Aqra aktar

Send this to a friend