Sport – Page 43 – One News

Notifiki

L-istaġun Autocross jiftaħ nhar il-Ħadd

Nhar il-Ħadd 4 ta’ Novembru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali Pasta Poiatti 2018/2019. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi isiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda 12.00pm.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament biex il-korsa tal-karozzi tkun lesta mill-manutenzjoni li l-korsa jkollha bzonn ta’ kull sena.

Intant il-Ħadd li għadda infetaħ l-istaġun tal-Muturi mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2018/2019. L-ewwel attivita Trials saret fil-Barriera tal-Fawwara. Aqra aktar

‘I won’t Dance’ jirbaħ l-aktar tiġrija importanti tal-bieraħ

Il-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa sar programm ta’ tiġrijiet bl-aktar tiġrija mportanti tkun il-Condition Race għall-Klassi Premier.  Din intrebħet miż-żiemel pjuttost ġdid I won’t Dance misjuq minn Clint Vassallo. Wara t-tiġrija ic-Chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg ippreżenta tifkira ta’ l-okkażjoni lis-sid Dunstan Bugeja.

Charles Camilleri irnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet – Uveo de Maza fi Klassi Gold ħa it-tielet rebħa tas-sena, fi Klassi Silver id-debba Trytocatchme ħadet it-tieni rebħa tagħha f’dan  l-istaġun u Concerto Cehere ħa r-raba’ rebħa tiegħu fi klassi Bronze.
Aqra aktar

Atleti Maltin b’suċċess fi Franza

Suċċess għall-atleti Maltin Keith Azzopardi u Celeste Galea minn Team Noel, li fi tmiem il-ġimgħa ġġieldu f’Pariġi waqt l-avveniment Fighters Level Up.

Azzopardi, li huwa atleta professjonali u Champion Ewropew, irrappreżenta lil Malta diversi drabi fi ġlidiet barra minn xtutna. Ma’ Franza, Azzopardi għandu relazzjoni speċjali, għaliex kien proprju hawn li s-sena li għaddiet ġie ddikjarat Champion Ewropew tal-WKN. Nhar is-Sibt li għadda Azzopardi ffaċċja atleta Franċiż ta’ livell għoli, u għadda biex rebaħ bout ta’ K1 3×3.Aqra aktar

Jintemm il-Forum Nazzjonali tal-Isport

Il-ħiliet li hemm bżonn sabiex tkun atleta professjonali, l-isfidi li jiffaċċjaw l-atleti flimkien mar-rwol tal-media sportiva kienu t-temi li ddominaw it-tieni u l-aħħar ġurnata tal-forum nazzjonali tal-isport fil-lukanda The Palace tas-Sliema s-sibt filgħodu.

Fost il-kelliema barranin spikka John Steele, personalita’ prominenti tal-isport fir-Renju Unit. Steele kien serva bħala kap eżekuttiv ta’ UK Sport, organiżżazzjoni li kellha l-għan li ttejjeb il-livell tal-atleti brittanniċi fil-logħob olimpiku u li waslet għal-rebħ rekord ta’ midalji minn Team Britain fl-edizzjonijiet ta’ Londra u Rio.

Steele wera kif l-atleti brittanniċi wasslu biex minn total ta’ 15-il midalja mirbuħa fil-logħob olimpiku ta’ Atlanta fl-1996 rebħu 67 midalja f’Rio fl-2016. Biex wasslu għal dawn ir-riżultati kellhom ibiddlu l-istrateġija sportiva fir-Renju Unit.

Bdew mis-settur tat-tfal hekk kif kollox jibda mill-iskejjel u mill-klabbs. Hemm bżonn li jsir ħafna xoghol f’dan is-settur għax l-ewwel esperjenza li t-tfal ikollhom fl-isport hija dik li tinfluwenzahom fil-futur. Huwa għal dan il-għan li kull min hu involut fit-taħrig tat-tfal ikun jaf kif għandu jiggwidahom.

John Steele ghadda biex tkellem dwar ċertu fatturi li jtappnu r-reputazzjoni tal-isport u l-isportivi. Huwa importanti li ssir bidla fil-kultura sportiva u kif il-pubbliku jharsu lejn l-isport. Sfortunatament ċertu imgieba minn atleti, teħid ta’ sustanzi illegali, il-korruzzjoni u l-vjolenza qed inaffru ħafna nies mill-isport.Aqra aktar

Bidu eċċellenti għal bowler Malti fil-Kampjonati Ewropej

Bidu eċċellenti għaċ-champion Malti Mauro Anastasi fil Kampjonati Ewropej tas-Singles li qed isiru f’Langden il-Ġermanja. Anastasi spiċċa l-ewwel rawnd fl-ewwel post b’medja għolja ta’ 233. B’hekk fetaħ b’vantaġġ ta’ 21 punt fuq l-eqreb avversarju, li huwa ċ-champion renjanti tal-Germanja Bodo Konieczny.

Għada jitkompla it-tieni round, bil-logħob jibda fid-9:00am.

Il-kampjonati Ewropej tas-singles jintlagħbu darba fis-sena u kull nazzjon Ewropew jibgħat liċ-champion lokali.

Send this to a friend