Sport – Page 34 – One News

Notifiki

It-tim ta’ Mr. Whippy f’Santa Pod

It-tim popolari ta Mr. Whippy jinsab f’Santa Pod permezz taż-żewġ sewwieqa tiegħu, Matthew Carabott u Monty Bugeja. It-tim vjaġġa lejn l-Ingilterra immedjatament wara it-tieni round ta l-Enemed Drag Racing Championship li sar bejn il-Ġimgħa 3 u il-Ħadd 5 ta Mejju fit-trakka tal Malta Drag Racing Association, f’Ħal Far.Aqra aktar

Kampjonat Dinji Sewwieqa Professjonali bis-Serkin – Malta rrappreżentata minn Rodney Gatt

Bejn l-24 u l-31 ta’ Mejju fl-Isvezja ser ikun qed isir il-Kampjonat Dinji għal sewwieqa professjonali bis-serkin fejn Malta ser tkun irrappreżentata minn Rodney Gatt li s-sena l-oħra irnexxielu jkun l-ewwel sewwieq Malti li jikkwalifika għal din il-kompetizzjoni prestiġjuża hekk kif spiċċa fis-6 post tal-Kampjonat Ewropew għas-sewwieqa professjonali.Aqra aktar

Ferdinando Apap l-plejer tas-sena tal-GFA

Il-Gozo Football Association temmet uffiċċjalment l-istaġun tal-futbol 2018/2019 bl-avveniment annwali tal-GFA Awards 2018/2019, fejn l-assoċjazzjoni ħabbret u ppreżentat l-unuri individwali f’diversi kategoriji ta’ kompetizjonijiet tal-futbol Għawdxi.  L-unuri ewlenin kienu deċiżi wara proċess ta’ votazzjoni bis-sehem tal-ġurnalisti u l-presidenti u kaptins ta’ kull klub.Aqra aktar

Sewwieq Malti f’Santa Pod

Rosello Cassar, sewwieq popolari tad-Drag Racing li din is-sena qiegħed jiċċelebra għoxrin sena ta’ sewqan f’dan l-isport permezz tal-Escort Mk1 tiegħu, jinsab f’Santa Pod fl-Ingilterra fejn bejn is-17 u id-19 ta Mejju ser jkun qiegħed jikkompeti f’avveniment bl-isem ta Doorslammers.Aqra aktar

Send this to a friend