Sport – Page 13 – One News

Notifiki

André Schembri jirtira mix-xena tal-futbol

Fuq il-paġna tal-Facebook, il-plejer Malti Andre Schemri ħabbar li wara tlettax-il sena ser ikunu qed jirtira mix-xena tal-futbol kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali.

Huwa qal li ser ikun qed jirtira sabiex jiffoka fuq affarijiet oħra relatati ma’ dan l-isport.

Aqra aktar

Malta f’Grupp D1 tal-UEFA Nations League

It-tim nazzjonali Malti ser jibda l-impenji tiegħu f’Grupp D1 tal-UEFA Nations League fil-3 ta’ Settembru barra mill-pajjiż kontra l-Faroe Islands wara li ilbieraħ filgħaxija fl-Olanda telaw il-poloz tat-tieni edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni.

Aqra aktar

Tersaq lejn tmiemha l-ewwel fażi tal-Kampjonat tal-Veterans Malta Football Association

Matul din il-ġimgħa ntlgħabu żewġ logħbiet mill-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tal-VMFA, fejn fil-ground ta’ Ħ’Attard, fi Grupp A Balzan Veterans għelbu lil Gozo Glory 12-8 f’logħba li ma kellha ebda effett fuq il-klassifika. Minn dan il-grupp is-selezzjoni tal-Malta Football Players Association (MFPA) ikkwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp, u Ħamrun Spartans qatgħu passaġġ għas-semifinali bit-tieni post.

Aqra aktar

Mountain bike: Formosa u Aquilina jkomplu fit-triq tar-rebħa ġewwa il-Miżieb

Hekk kif l-istaġun tal-2020 ikompli għaddej, il-Malta Mountain Bike Association kompliet tattira folla tajba kif wieħed seta jara il-Ħadd li għadda ġewwa il-Miżieb. It-tieni tellieqa tas-serje Trustmoore Cross Country rat kważi 90 parteċipant. Ta’ inkoraġġiment, kien il-preżenza b’saħħita minn rikkieba żgħar li ħadu sehem fil-kategoriji tal-Under 12 u l-Under 15. Dan inkluda kontinġent mdaqqas minn klabbs Għawdxin -Gozo Cycling Club, Shamrock Stars u TriGozo. Aqra aktar

Finali tal-Kampjonat Assikura

Bħalma ġara f’dawn l-aħħar staġuni l-ewwel Kampjonat tas-sena huwa dak sponsorjat mill-Kumpanija ta’ l-assigurazzjoni Assikura riservat għall-klassijiet Gold u Bronż fuq distanza ta’ 2140m. Aqra aktar

Send this to a friend