Sport – Page 12 – One News

Notifiki

Il-futbol Ingliż sospiż sal-aħħar ta’ April

Il-futbol Ingliż ġie sospiż sat-30 ta’ April minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Din is-sopenzjoni se tkun qed tolqot lill-kampjonati kollha li jintlagħbu fl-Ingilterra, jiġifieri l-Premier League, il-Football League u l-FA Cup, flimkien mal-kampjonat domestiku tan-nisa.

Waqt laqgħa bejn il-klabbs il-kbar tal-futbol Ingliż ġie deċiż li se jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex dan l-istaġun jintemm, b’din il-possibilità issa tista’ ssir ukoll hekk kif il-UEFA ssospendiet il-Kampjonati Ewropew li kellhom isiru dan is-sajf, għall-2021.

Kunfidenti li l-Kampjonati fi Spanja jkomplu

Il-President tal-Liga Spanjola Javier Tebas jinsab kunfidenti li l-Kampjonati Spanjoli jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin minkejja n-numri ta’ persuni milquta bil-Covid 19 li qed jiżdid ġurnata wara oħra.  Tebas qal li uffiċjali mill-klabbs ser ikunu qed jiltaqaw fil-ħin li ġej sabiex jiġi iffissat l-kalendarju għal kumplament tal-istaġun.Aqra aktar

Posposti l-logħob taċ-Champions League u Europa League li kellhom jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla

Il-UEFA ħabbret li ġew posposti l-logħob mill-kompetizzjonijiet taċ-Champions League u l-Europa League li kellhom jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla.

Dawn il-logħbiet kellhom jintlagħbu bejn is-17 u t-18 ta’ Marzu li ġej. Din hija l-lista ta’ logħob posposti:

Champions League

Bayern Munich vs Chelsea

Barcelona vs Napoli

Manchester City vs Real Madrid

Juventus vs Lyon

Europa League

Bayer Leverkusen vs Rangers

Getafe vs Inter

Shaktar Donetsk vs Wolfsburg

Wolves vs Olympiakos

FC Basel vs Eintracht Frankfurt

FC Copenhagen vs Instabul Basaksehir

Manchester United vs LASK

Roma vs Sevilla

Send this to a friend