Sport – Page 11 – One News

Notifiki

Gzira Utd jingħaqdu ma’ Valletta FC u jiktbu lill-MFA

Ftit tal-ħin ilu kien imiss lill-Gzira United F.C. li jiktbu uffiċjalment lill-Malta Football Association sabiex jitolbu investigazzjoni dwar il-mod ta’ kif inħarġet il-liċenzja tal-UEFA lill-Floriana FC wara li lis-stess Gżira United qed jsostnu l-irċivew informazzjoni dwar possibilità ta’ xi irregolaritajiet.

Gzira United huwa t-tieni klabb li fl-stess ġurnata kiteb lill-assoċjazzjoni tal-futbol f’Malta sabiex tinvestiga dan il-każ wara li aktar kmieni għamlu lis-stess Valletta FC

Fl-ittra indirizzata lill-President Bjorn Vassallo u lis-Segretarju Dr. Angelo Chetcuti, Gzira qed jitolbu deċiżjoni mill-Bureau tal-stess assoċjazzjoni.

Floriana FC jirrispondu għall-istqarrija ta’ Valletta FC

B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa minn Valletta FC dalgħodu, Floriana FC kkundannaw dak li qed jsejħulu attakk mallizjuż wara li Valletta FC kitbu lill-Malta Football Association sabiex tinvestiga l-ħruġ tal-liċenzja tal-UEFA lill-stess Floriana FC.

Fl-stqarrija Floriana FC qed jsostnu li l-allegazzjoni huma fost l-oħrajn bla bażi, infondati u defamatorji.

Iċ-ċampjins tal-Kampjonat Premier għal istaġun 2019 / 2020 qed jsostnu li huma provdew id-dokumenti kollha mitluba f’proċess li huwa rigoruż u kien biss wara skrutinju u analiżi tal-stess dokumenti li huma ingħataw din il-liċenzja tal-UEFA.

Fit-tmiem l-stqarrija, Floriana FC sostnew li huma ser ikunu qed iżommu lill-Valletta FC bħala responsabbli għal kull danni f’serje ta’ attentati sabiex il-klabb ma jkunx rikonnoxut bħala ċampjin tal-Kampjonat u eventwalment ma jkunx parteċipi fil-UEFA Champions League.

Effiong se jibqa’ ma’ Balzan FC

Alfred Effiong ser jibqa’ plejer ta’ Balzan F.C. wara l-illum ġedded l-kuntratt tiegħu mal-klabb.

Numru ta’ timijiet kienu interessati fis-servizzi tal-attakant ta’ 35 sena iżda Effiong għażel li jibqa mal-klabb li miegħu ingħaqad fl-2015.

Effiong lagħab il-fuq minn mitt partita bil-flok ta’ Balzan FC bl-aktar waħda li bla dubju ser tibqa imfakkra hija l-finali tal-FA Trophy tal-istaġun 2018 / 2019 fejn il-plejer skorja erba gowls.

Jiġi fit-tmiemu l-Kampjonat MotoCross f’Għawdex

Gozo Motocross Association organizzat il-Finali tal-kampjonat 2020 bis-semifinali saret il-Ħadd 21 ta’ Ġunju filwaqt li l-Finali saret fit-28 ta Gunju.

Stennija kbira fuq is-sewwieq Steve Xuereb, hekk kif huwa rnexxielu jieħu l-punti massimi f’dan il-kampjonat jiġifieri total ta’ 480 punt. Xuereb ġie inkurunat Champion ta Klassi A kif ukoll Champion overall tal-kampjonat.

Kollox kien għadu inċert kemm fklassi B u anke fklassi C. Daniel Portelli kellu 4 punti vantaġġ fuq Robert Spiteri mis-semi final l-quddiemb’Spiteri joħroġ rebbieħ b’13 il punt. Portelli huwa champion fi klassi B.

Fi klassi C, ir-rebbieħ tal-aktar sewwieq promettenti tal-2019, Isaac Bartolo, beda jitlef l-punti b’Sylvan Caruana jaħtaf l-opportunita’ u kellu l-ħila jegħleb lil Bartolo nhar il-Ħadd biex spiċċa champion fi klassi C.

Jurgen Attard, għalkemm għandu 28 sena, huwa prattikament ġdid għall-motocross f’Ghawdex. Huwa wkoll mexa lquddiem b’ammont kbir ta punti fil-klassi tiegħu u għalhekk ġie nkurunat Champion fi klassi D.

Iċ-ċerimonja tal-għoti tat-trofej saret hekk kif spiċċaw it-tlielaq mis-sur Michael Vonbrockdorf f’isem Throttle & gear Co. Ltd flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri li ppreżenta l-erba’ trofej lic-Champions.

Il-“Frank Bruno Motocross Award”, trofew uniku li sar għal din l-okkazjoni minn Steve Xuereb uli jingħata kull sena lil dak is-sewwieq li jkun wera dixxiplina, perseveranza u ubbidejnza matul l-istaġun, ingħata lil Anthony Fenech filwaqt lit- trofej “Most Promising Rider 2020” inghata liz-zaghzugh Mark Camilleri.

Jitħabbru d-dati taż-żewġ kampjonati tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u fuq rakkomandazzjoni tal-Uffiċjali tal-istess Federazzjoni kien deċiż li ż-żewġ kampjonati għal din is-sena biss isiru fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex b’hekk joħorġu c-champions nazzjonali.

Kien għalhekk ipprogrammat li l-unika tiġrija tat-Time Trail tinżamm fuq iċ-ċirkwit tal-Mrieħel nhar il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 (distanza 8 laps), filwaqt li dik tar-Road issir nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020 fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin (distanza 7 laps). Il-bidu taż-żewġ tiġrijiet ikun fis-7:30am.

Bħala apprezament, kif ukoll bħala għajnuna lil Klubbs u Assoċjazzjonijiet membri tagħha, fuq rakkomandazzjoni tal-istess Uffiċjali tal-Federazzjoni ġie deċiż li minħabba dawn ir-restrizzjonijiet tat-tiġrijiet kien ser ikun konċess li għas-sena d-dieħla kull Klubb u Assoċjazzjoni Membru ma jkunux mitluba iħalsu l-affiljazzjoni tagħhom, kif ukoll r-reġistrazzjoni individwali taċ-ċiklisti jkunu awtomatikament imġedda mingħajr ħlas addizjoni għas-sena 2021.

Send this to a friend