Riġenerazzjoni – Page 4 – One News

Notifiki

L-għajnuna tal-Gvern fi ħlas ta’ pagi estiża sa Settembru

Il-gvern se jonfoq €72 miljun oħra sabiex l-għajnuna tal-Gvern fi ħlas ta’ pagi tibqa’ tingħata sa Settembru.

Minn Lulju sa Settembru, ħaddiema full-time li xogħolhom jiddependi mill-attività turistika, se jingħataw l-benefiċċju sħiħ ta’ €800 fix-xahar.

Filwaqt li l-ħaddiema part-time li jaħdmu f’din l-industrija se jibqgħu jingħataw €500 fix-xahar.

Dawk il-ħaddiema li se jingħataw il-benefiċċju sħiħ ta’ għajnuna fi ħlas ta’ pagi jridu jkunu jaħdmu f’oqsma involuti mal-akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ attivitajiet u trasport bl-ajru.

Minn Lulju sa Settembru, 20,000 azjenda jew dawk li jaħdmu għal rashom, li l-operat tagħhom ġie affettwat minħabba l-pandemija ukoll se jingħataw benefiċċju ta’ għajnuna fi ħlas ta’ pagi.

Dawk in-negozji li mhumiex relatati mal-industrija turistika, se jingħataw benefiċċju ta’ €400 fix-xahar għal kull ħaddiem full-time u €250 fix-xahar għal kull ħaddiem part-time.

Send this to a friend