Riġenerazzjoni – Page 3 – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jippreżenta pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun għall-familji u n-negozji

Fil-Forti Sant’Iermu il-Prim Ministru Robert Abela preżenta pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika b’saħħtu b’nefqa ta’ kważi €900 miljun.

Il-pjan huwa msejjes fuq tliet pilastri; dak tat-tnaqqis ta’ spejjeż u aktar finanzjament lin-negozji u lill-familji, spinta lid-domanda domestika u sostenn qawwi dirett lill-industrija ta’ pajjiżna u favur ix-xogħol.

Aqra aktar

Il-Gvern se jagħti lura l-ħlas tal-liċenzja lin-negozji

Il-Gvern se jkun qed jagħti lura l-ħlas tal-liċenzja għal din is-sena lil negozji li fost l-oħrajn jaħdmu fil-qasam turistiku u kellhom jagħlqu għal xi żmien minħabba l-pandemija.

Din il-miżura se tiswa €5 miljun lill-Gvern.

B’din il-miżura mistennija jintlaqtu 3,065 persuna li għandhom liċenzja mad-Dipartiment tal-Kummerċ fosthom bejjiegħa tal-monti u bejjiegħa fit-toroq u 9,047 li għandhom liċenzja mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, fosthom lukandi, stabbilimenti tax-xorb, ristoranti u gwidi tat-turisti.

L-intrapriżi se jiġu mgħejjuna wkoll fi spejjeż t’operat fil-kirjiet.

Hawnhekk il-Gvern se jagħti €50 miljun għal spejjeż t’operat fil-kirjiet u l-intrapriżi li ngħataw għajnuna fil-ħlas tal-pagi minħabba l-Covid-19.

Għotja sa massimu ta’ €2,000 għall-koppji li kellhom jipposponu t-tieġ

Il-Gvern ħabbar skema li biha se jagħti sa massimu ta’ €2,000 lil koppji li kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Għal dawn il-koppji, il-posponiment tat-tieġ mhux biss wassal għal dieqa u inkonvenjent imma wkoll għal spejjeż konsiderevoli.

Għaldaqstant, wara li Identity Malta diġà rrinunzjat għall-ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni għal dati ta’ żwiġijiet ġodda, il-Gvern permezz tal-Mimcol, nieda din l-iskema b’allokazzjoni ta’ €2 miljuni.

Il-prezz tal-petrol u d-diesel se jorħos b’7 ċenteżmi

Fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern, minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju l-prezz tal-petrol u d-diesel se jorħos b’seba’ ċenteżmi għal kull litru.

Dan huwa l-ikbar tnaqqis f’daqqa li qatt sar fil-prezzijiet tal-fjuwil.

Din il-miżura se tiswa seba’ miljun ewro.

F’dan l-ikbar tnaqqis li qatt sar, il-prezz tal-petrol se jonqos għal €1.34 għal kull litru, u l-prezz tad-diesel se jonqos għal €1.21 għal kull litru.

Issa li tneħħew ir-restrizzjonijiet u n-nies qed jerġgħu joħorġu u jkomplu bir-rutina tagħhom, il-Gvern iddeċieda li jraħħas il-prezzijiet tal-fjuwil.

Voucher ta’ €100 lil kull persuna 16+ biex jintefqu f’lukandi, ristoranti u negozji oħra

Fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern, ingħad li kull persuna li għandha iktar minn 16-il sena, se tieħu voucher ta’ €100 biex jintefaq għand postijiet t’akkomodazzjoni turistika bħal-lukandi. Dan il-voucher se jkun jintefaq ukoll f’ristoranti u negozi li kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom matul il-pandemija tal-Coronavirus.Aqra aktar

Send this to a friend