Riġenerazzjoni – Page 2 – One News

Notifiki

Reazzjoni pożittiva għall-pjan ekonomiku tal-Gvern mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering

Dawn kienu inċentivi ta’ Gvern pro-business. Hekk laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika tal-Gvern l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istabbilimenti tal-Catering.

Fost l-oħrajn intlaqgħet b’mod pożittiv l-estensjoni tal-ħlas tal-pagi mill-Gvern sa’ Settembru li ġej, kif ukoll il-voucher ta’ €100 li se jħeġġeġ il-konsumaturi jieħdu servizz minn dawn it-tip ta’ stabbilimenti.

Il-Kamra tan-negozji żgħar u medji tilqa’ l-pjan tal-Gvern għall-ekonomija b’mod ‘pożittiv ħafna’

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern it-Tnejn, b’mod partikolari l-estensjoni tal-Covid Wage Supplement għan-negozji u ħaddiema l-aktar li ntlaqtu mill-pandemija Covid-19.

Kien innutat b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li se jingħata voucher ta’ €100 lil persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, li se jintuża f’bars, ristoranti jew stabbilimenti kummerċjali.

‘Se jgħin biex jerġa’ jagħti fiduċja u kunfidenza fl-ekonomija Maltija’ il-GWU dwar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika

L-investiment li se jsir se jgħin biex tingħata fiduċja u kunfidenza fl-ekonomija Maltija li kienet tant reżiljenti tul is-snin. Dan kien il-mod kif il-General Workers’ Union, il-GWU, laqgħet il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li għadu kif ħabbar il-Gvern.

F’kummenti ma’ ONE News, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Buġeja, semma wkoll l-investiment maġġuri li se jsir tul it-tmien snin li ġejjin fl-infrastruttura industrijali, li se tolqot bosta setturi kruċjali.

Il-Kamra tal-Kummerċ tilqa’ l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra laqgħet b’sodisfazzjon il-pjan ta’ riġinerazzjoni ekonomika li l-Gvern ħabbar it-Tnejn filgħaxija, maħsub biex jagħti spinta ‘l quddiem lin-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu il-Perit Xuereb qal ukoll li numru ta’ miżuri li ssemmew tressqu mill-Kamra tal-Kummerċ.

Send this to a friend