Riġenerazzjoni – One News

Notifiki

Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM

F’intervista l-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt.

Qal li filwaqt li hemm postijiet bħal San Ġiljan u tas-Sliema li qed ifuru, fil-Belt fadlilna ftit iżjed u għalhekk se jingħataw inċentivi anki biex jgħinu lin-negozji fil-kapitali. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika biex jipproteġi lill-ħaddiema u x-xogħol

Il-pakkett ekonomiku li tħabbar it-Tnejn se jgħin lil min għandu bżonn bħala katina waħda. Meta ngħinu lin-negozji qed ngħinu lill-ħaddiema u meta qed ngħinu lill-ħaddiema qed ngħinu lin-negozji. Dan apparti li  jimxi id f’id mal-għan tal-Gvern li sa mill-bidu tal-pandemija ried isalva l-impjiegi.

Dan qalu l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fejn f’konferenza tal-aħbarijiet spjega wħud mill-miżuri mħabbra f’aktar dettall. Fost l-oħrajn semma xi miżuri li l-familji u n-negozji se jibqgħu jgawdu minnhom anke wara Settemrbu li ġej.

Aqra aktar

Il-ġurnali jagħtu prominenza l-pjan imħabbar mill-Gvern

L-għada li l-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, il-ġurnali lokali irrapurtaw bi prominenza din l-aħbar sabiħa.

L-artiklu fuq il-faċċata tat-Times, bit-titlu: ‘€100 voucher for all in 900 million euro stimulus package’, ta elenkau tal-erba’ miżuri ewlenin li ħabbar il-Gvern; fosthom it-traħħis fil-prezzijiet tal-fjuwil, titjib fl-għoti tal-in-work benefit, tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-propjetajiet u kumpens għal min kien se jiżewwegġ u ppospona t-tieġ tiegħu minħabba l-virus. Aqra aktar

Pjan li jindirizza s-sitwazzjoni bla preċedent li għaddejna minnha

Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li tfassal abbażi tas-sitwazzjoni bla preċedent li l-pajjiż affaċċja fl-aħħar xhur minħabba l-pandemija Covid-19.

Dan intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet li mexxew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, huma u jispjegaw aktar il-miżuri mħabbra mill-Prim Ministru t-Tnejn. Aqra aktar

Send this to a friend