Lokali – Page 9 – One News

Notifiki

Edwin Vassallo jħeġġeġ lill-bdiewa tal-Magħtab biex jerġgħu jipprotestaw

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, magħruf sew għall-partiġġjaniżmu u militantiżmu sfrenat tiegħu qed jagħmel minn kollox biex iwaqqaf l-ikbar investiment li qatt kellu pajjiżna fl-immaniġġjar tal-iskart billi jgħaddi informazzjoni żbaljata lill-bdiewa u qed ixewwixhom bl-aktar mod evidenti sabiex jispiċċaw iservuh fl-iskop li għandu li jwaqqaf il-proġett. Tant hu hekk li Vassallo qed jimbotta ‘il quddiem protesta oħra għal nhar is-Sibt li ġej.Aqra aktar

Żagħżugħa ssofri ġrieħi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Birkirkara

Mara ta’ 19-il sena minn Ħal Lija weġgħet gravi wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 22 sena mill-Maċedonja li joqgħod Birkirkara u Toyota Tercel misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena. Fil-karozza maż-żagħżugħ kien hemm tfajla ta’ 19-il sena.

Fuq il-post mar tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ttieħdet l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ATTENT: Jużaw il-Coronavirus bħala skuża biex jisirqu

F’appell fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija appella lill-pubbliku inġenerali sabiex joqgħod b’seba’ għajnejn għal messaġġi qarrieqa.

Dawn il-messaġġi qarrieqa li qed jintbgħatu lil diversi persuni mingħand persuni anonimi, bl-għan aħħari huwa li jisraq u jieħu d-dettalji personali ta’ dawn il-persuni.

Il-pulizija appellat sabiex ħadd ma jagħti informazzjoni personali lill-messaġġi bħal dawn.

300 parkeġġ ġdid ħdejn il-bajja tal-Għadira

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli varaw proġett ġdid li se jsir fl-inħawi tal-bajja tal-Għadira. Il-proġett se jsir b’investiment ta’ aktar minn €800,000 mill-iskema eko-kontribuzzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u x-xogħlijiet se jiġu implimentati minn Projects Plus Ltd. L-ewwel fażi tal-proġett, li ġiet varata llum, hija parkeġġ ġdid għal dawn l-inħawi.Aqra aktar

Żewġ żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga

Ġuvni ta’ 22 sena mill-Ħamrun u tfajla ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġew arrestati mill-pulizija wara li nqabdu bid-drogi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 tal-Ħamis filgħaxija meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi ċċirkondaw il-karozza li kienu fiha ż-żewġ żgħażagħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Mit-tfittxija li għamlet il-pulizija sabet 50 pakkett suspettata droga sintetika, kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Dawn iż-żewġ żgħażagħ kienu qed joqogħdu f’kamra f’lukanda fl-istess akwati li ġew arrestati. Fi tfittxija li għamlet il-pulizija f’din il-kamra nstabet sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, miżien u affarijiet oħra relatati mad-droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Send this to a friend