Il-pulizija għaddejjin b’operazzjoni fil-Baħrija.Aqra aktar

Il-pulizija għaddejjin b’operazzjoni fil-Baħrija.Aqra aktar
Fis-sena tal-pandemija, il-bank HSBC kellu profitt ta’ għaxar miljuni u erba’ mitt elf ewro, qabel it-taxxa.Aqra aktar
“Fil-mument tal-prova, dawn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed juru illi huma effettivi, huma sodi u qed juru li qegħdin hemmhekk sabiex f’pajjiżna titwettaq ġustizzja.”
Dan intqal mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri fil-Parlament b’reazzjoni għall-aħħar żviluppi li seħħew illum b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Byron Camilleri qal kif pajjiżna qed juri li għandu istituzzjonijiet li qed jaħdmu u qed jagħtu r-riżultati.
Il-Ministru Camilleri saħaq kif bħala Gvern qed jara kif il-pulizija jkollhom ir-riżorsi kollha meħtieġa sabiex jagħmlu xogħolhom.
Fis-seduta parlamentari tat-Tlieta filgħaxija l-Ministru għall-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana spjega kif is-sena l-oħra il-pandemija ħalliet impatt ta’ disa mitt miljun ewro fuq l-finanzi tal-pajjiż.
Il-Ministru spjega li din hija stima inizjali hekk kif il-fond konsolidat ikun għadu qed jingħalaq.
Ta’ min isemmi li l-infiq tal-Gvern għas-sena l-oħra kien ikkaraterizzat minn miżura wara l-oħra biex jgħin lill-familji u negozji Maltin u Għawdxin.
Fost dawn kien hemm l-iskema ta’ ħlas tal-pagi magħrufa bħala l-Covid Wage Supplement u l-vouchers tal-mitt ewro.
Qal li l-ewwel stimi juri li d-defiċit għas-sena l-oħra mistenni jkun ta’ aktar minn disgħa punt erbgħa fil-mija.
B’ton ta’ determinazzjoni, il-Ministru qal li l-Gvern se jiżgura li mhux se jarmi s-suċċessi li nkisbu qabel fl-amministrar tal-finanzi tal-pajjiż.
Infrastructure Malta se tkun qiegħda tħawwel aktar minn tmintax-il elf siġra u arbuxell madwar iż-żona tal-proġett tal-Marsa Junction. Dan huwa biss parti minn tisbiħ li se jsir f’din iż-żona, li jinkludu wkoll installazzjonijiet artistiċi.Aqra aktar
Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar
Matul is-sena li għaddiet, il-gvern investa seba’ miljun ewro f’xogħlijiet ta’ tisbiħ, manutenzjoni u rranġar f’postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali madwar Malta.Aqra aktar
Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu ġie rakkomandat li jingħata l-maħfra presidenzjali biex jgħin fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop li seħħ fl-2015.
Din ir-rakkomandazzjoni ngħatat f’laqgħa tal-Kabinett ilbieraħ.
Issa jmiss lill-President tar-Repubblika li jiffirma l-proklama biex Vince Muscat jingħata l-maħfra bil-kundizzjoni li jgħin fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Chircop.
L-Avukat Carmel Chircop kien inqatel kiesaħ u biered b’erba’ tiri ta’ arma tan-nar f’kumpless tal-garaxxijiet f’Birkirkara fit-tmienja ta’ Ottubru tal-2015.
Il-Kabinett ma kienx approva t-talba tal-Koħħu biex jingħata l-maħfra għall-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Illum huwa ammetta fil-Qorti li qatel lil Caruana Galizia.
Rapporti qed jgħidu li ġew arrestati tlett irġiel suspettati li ssupplixxew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar
Numru ta’ deputati Nazzjonalisti tennew dak li qal il-Kap Nazzjonalista nhar il-Ħadd li għadda fir-Rabat Għawdex meta saħaq li pajjiżna jeħtieġ joħroġ mill-pandemija biex immorru għall-elezzjoni.Aqra aktar
Send this to a friend