Notifiki

Ix-xagħri ta’ bejn Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq se jinbidel f’korsa bl-ostakli

Nhar it-28 ta’ Mejju, ix-xagħri ta’ bejn ta’ Pembroke u Baħar iċ-Ċagħaq se jinbidel f’korsa bl-ostakli, għall-ġirja magħrufa bħala ‘The Grid’.

Ġirja twila 15-il kilometru li mistennija tattira mal-500 parteċipant li jfittxu dawn it-tip t’attivitajiet, fosthom għadd ta’ barranin.

Wieħed mill-organizzaturi, Omar Said fisser kif din se tkun korsa li toffri sfida u għalkemm hija miftuħa għal kulħadd, min jixtieq jagħmilha f’ħin tajjeb diġà beda bit-taħriġ.

Aqra aktar

Riħ qawwi mhux se jħalli cruise liner jidħol f’Malta

Kawża ta’ riħ qawwi li ħakem il-gżejjer Maltin u li se jippersisti fis-sigħat li ġejjin, il-linja tal-Cruise Liners MSC ħabbret li l-vapur li kien skedat li jidħol għada fil-Port il-Kbir mhux se jkun qed jagħmel dan u minflok se jkun qed jidħol fil-Port ta’ Sardinja.

Hamilton Travel, l-aġenti tal-vapur, ikkonfermaw ma’ One News li l-klijenti Maltin li kellhom jitilgħu fuq il-vapur għada se jkunu qed jagħmlu dan minn Sardinja wara arranġamenti speċjali li għamlet il-kumpanija hekk kif se jsiru titjiriet charter minn u lejn Cagliari.

Suċċess għall-kokka wara aktar minn 100 sena

Kokka tax-Xagħri bejtet b’suċċess f’Malta wara aktar minn 100 sena.

‘Birdwatchers’ u ornitoloġisti mill-BirdLife Malta osservaw par adulti tal-kokka b’imġieba territorjali li normalment tindika l-possibilita’ li dawn l-għasafar kienu qed jippruvaw ibejtu.

Aqra aktar

Demm rari: minn 40 jum għal 10 snin

Bħalissa għaddejjin testjiet sabiex jiġi ċċertifikat apparat li ser jippermetti li boroż ta’ demm rari jkunu jistgħu jinżammu iktar fit-tul, jiġifieri minn 40 jum jiġu friżati għal għaxar snin. Dawn jinżammu f’temperatura ta -70 grad celcius.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta żar il-bank tad-demm fi Gwardamangia.

Aqra aktar

Anzjan mhux ħati li barax karozza

Anzjan ta’ 72 sena ma nstabx ħati li barax karozza b’ċavetta. Jirriżulta li ċertu Jesmond Montanaro sab il-karozza tiegħu mibruxa f’Santa Venera u talab għall-filmat tal-uffiċċju tal-MITA, xi ħaġa li kisbet il-pulizija. Minn dawn irriżulta li Alfred Vella deher għaddej minn biswit il-karozza u sid il-karozza għarfu.

Fil-qorti Montanaro argumenta li Vella resaq qrib il-karozza u kellu xi ħaġa tleqq f’idejh. “Kien miexi viċin ħafna li jobrox,” argumenta Montanaro.

Aqra aktar

Jum il-Ħaddiem f’Malta meta mqabbel ma’ pajjiżi barranin

Pajjiżna jkompli jiddistingwi ruħu mill-kumplamet tal-Ewropa għax filwaqt li d-dimostrazzjoni f’Malta ta’ Jum il-Ħaddiem kienet iffukata fuq is-suċċessi ekonomiċi u l-ħidma li trid tkompli ssir biex il-ħaddiema jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, f’pajjiżi oħra, inkluż fl-Ewropa, il-ħaddiema qed jeħduha mal-awtoritajiet.

Diversi kienu l-ħaddiema, inkluż iż-żgħażagħ, li niżlu fit-toroq ta’ Pariġi u ħaduha mal-Pulizija, b’dawn tal-aħħar jirrispondu bil-gass tad-dmugħ.

Aqra aktar

35 tifel u tifla f’Malta waħedhom u jfittxu l-ażil

15-il tifel jew tifla mis-Sirja ġew Malta mhux akkumpanjati minn adult u kellhom applikazzjoni għall-ażil f’pajjiżna s-sena li għaddiet.

Ħamest’itfal oħra mill-Mali kienu fl-istess sitwazzjoni.

B’kollox f’Malta 35 minur applika għall-ażil is-sena li għaddiet iżda wasal Malta kompletament waħdu. Minn dawn, 94% kienu subien u 3% kellhom inqas minn 14-il sena.

Aqra aktar

Nitkellmu maċ-champion tad-dinja

Nathan Lee Xureb jinsab fis-seba’ sema wara li lbieraħ rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-isparar f’livell tal-Juniors. F’kummenti ma’ ONE NEWS sostna li rebħa f’kompetizzjoni bħal din tgħinu biex ikompli jħares il-quddiem għal iktar suċċessi.

“Ħassejtni ferħan ħafna għax din il-medalja lewn id-deheb tfisser li x-xogħol u s-sagrifiċċji li qed nagħmel qed iħallu l-frott. Kien ikkonfermat li ninsab fid-direzzjoni t-tajba”

Xuereb fil-Ġermanja għeleb sfida ta’ tiraturi minn madwar id-dinja.

“Il-kompetizzjoni kienet ħarxa ferm. Kien hemm tiraturi mill-Istati Uniti, l-Ingilterra, ir-Russja, l-Indja, l-Italja, il-Ġermanja u bosta pajjiżi oħra. Mela tista’ taħseb x’livell kien hemm,” qal it-tiratur żagħżugħ li diġa’ moħħu fil-kompetizzjonijiet li jmiss, f’Malta, l-Italja u San Marino.

“Is-saħħa lill-ħaddiem”

‘Agħti s-saħħa lil ħaddiem’ jgħid l-Innu Malti.  Għalhekk kien xieraq il-kant tal-folla mal-istess innu fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem. Ara l-filmat mill-isbaħ.

Aqra aktar

Send this to a friend