Notifiki

Ħadd ma jrid pulizija wara biebu imma hawn min għandu d-dar mużew tal-pulizija

Il-ħajt tal-indana kien miżgħud bl-inkwatri b’diversi badges fihom. Fost l-oħrajn, kellu l-ewwel badge li bdiet tintuża fuq il-kpiepel tal-Pulizija Maltija, jiġifieri tmur lura għall-1870.

Joseph Borda, eksSurġent tal-Pulizija, huwa kollezzjonist ta’ ftit iktar minn mitt uniformi, 700 kappel, 4,000 patch u 2,000 badge tal-Pulizija minn madwar id-dinja.

Aqra aktar

Infjorata fil-festa ta’ Corpus fir-Rabat

Fir-Rabat bħalissa għaddejin il-preparamenti biex nhar il-Ħadd li ġej f’Jum Corpus Christi terġa’ tintrama l-infjorata – użanza Taljana li f’pajjiżna daħlet 150 sena ilu, madankollu biż-żmien kienet inqatgħet għalkollox.

Kien il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl li s-sena l-oħra ħa l-inizjattiva li din terġa’ tibqa’ ssir propju f’Jum il-Festa Prinċipali tar-Rabat Corpus Christi, biex is-sagrament ikun jista’ jgħaddi minn fuqha bl-akbar qima.

Aqra aktar

“Ismijiet bħal Harvard ituna timbru ta’ kwalità”

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, Michael Grech, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li l-Gvern Malti qiegħed fil-viċin li jiffinalizza ftehim mal-Università ta’ Harvard biex isservi ta’ konsulent għall-maniġment tal-isptar il-ġdid f’Għawdex bil-għan li jilħaq l-aħjar standard possibbli.

Aqra aktar

Tibdil tat-tallinja cards mingħajr ritratt

Malta Public Transport tħabbar li qed jinbidlu it-tallinja cards li m’għandhomx l-isem tal-klijent u r-ritratt stampat fuqhom b’ tallinja cards ġodda li għandhom isem u ritratt.

Għalkemm il-maġġoranza tal-klijenti li għandhom tallinja card biddlu l-card tagħhom għal waħda ippersonalizzata li turi isimhom u r-ritratt, għad hemm numru żgħir ta’ klijenti li għandhom tallinja card mingħajr ritratt.

Aqra aktar

Lejn investiment iżjed sostenibbli f’Għawdex

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo rrimarka li filwaqt li kien hemm żieda fl-impjiegi fultajm u l-investiment lejn il-gżira Għawdxija, fadal ħafna xi jsir biex dan ikun wieħed sostenibbli u fit-tul.

B’rabta mal-edukazzjoni qal li jridu jinħolqu iżjed opportunitijiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fejn tul dawn l-aħħar snin issaħħet l-MCAST kif ukoll ir-rabta bejn l-edukazzjoni sekondarja u l-MCAST.

Dan intqal fil-kungress tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex tal-Partit Laburista bit-tema ‘Għawdex Mutur Ekonomiku,’ li beda jiltaqa’ dalgħodu bil-għan li titfassal strateġija għal Għawdex li se tiġi ppreżentata lill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-partit.

Aqra aktar

Raġel iweġġa’ f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Raġel ta’ 56 sena residenti Marsaskala sofra ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Ford Transit misjuqa mill-vittma u kowċ tat-tip Leyland Plaxton misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti ż-Żejtun.

Aqra aktar

Harvard tikkontribwixxi lejn sptar aqwa minn Mater Dei

Bil-għan li jkun hawn sptar aqwa minn dak ta’ Mater Dei, il-Gvern Malti qiegħed fil-viċin li jiffinalizza ftehim mal-Università ta’ Harvard, waħda mill-aqwa universitajiet fid-dinja, biex isservi ta’ konsulent għall-maniġment tal-isptar l-ġdid f’Għawdex rigward l-immaniġġjar, it-taħriġ u l-użu tal-apparat mediku.

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Ġunju, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne se jkun fi triqtu lejn Boston, l-Amerka, biex jiġi ffinalizzat il-ftehim mal-Università Amerikana.

Aqra aktar

Bring-In Site f’ħuġġieġa nar

Il-Bring-In Site li hemm Triq il-Wied, Ħal Balzan spiċċat f’ħuġġieġa nar. S’issa mhux magħruf x’wassal biex ir-reċipjenti, għajr għal wieħed, jinqerdu għalkollox. Fil-viċinanzi hemm kameras tas-sigurtà li jistgħu jitfgħu dawl fuq l-investigazzjonijiet.

Aqra aktar

58 abort Malti fir-Renju Unit

Is-sena li għaddiet kien hemm 58 mara Maltija li telgħu l-Ingilterra biex iwettqu abort. Dan huwa 1.1% mit-total ta’ abort li sar fir-Renju Unit minn persuni li m’humiex ċittadini ta’ dan il-pajjiż.

In-numri dwar Malta u pajjiżi oħra jirriżultaw minn rapport dettaljat tad-Dipartiment tas-Saħħa u l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż fir-Renju Unit.

Aqra aktar

Send this to a friend