Lokali – Page 4238 – One News

Notifiki

€400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif

Fi tliet snin, id-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għamel investiment ta’ €400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif.

Għall-ewwel darba qed isiru laqgħat regolari mal-istakeholders kollha involuti, flimkien ma’ kunsilli lokali, li żgur matul ix-xhur tas-sajf ma jistgħux ilaħħqu waħedhom ix-xogħlijiet tatindif.

Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew, id-Direttorat wasal fi ftehim mal-kunsilli lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti biex ikun hemm koperazzjoni fit-tindif ta wara l-monti f’diversi lokalitajiet, sistema li trid tiġi reveduta biex ikun hemm regoli ċari għall-bejjiegħa tal-monti.

Aqra aktar

Kellu 4kg ta’ sustanza lesta għat-traffikar

Membri tal-iskwadra ta’ kontra d-Droga ilbieraħ wara nofsinhar arrestaw Taljan ta’ 31 sena.

Fil-pusess tar-raġel instab madwar 4kg sustanza suspettata raża tal-kannabis, lesta biex tiġi ttraffikata. Hu mistenni jitressaq il-Qorti bl-arrest fis-siegħat li ġejjin, akkużat b’assoċjazzjoni fl-importazzjoni, traffikar u pusess aggravat ta’ l-istess droga fost akkużi oħra.

 

 

Minflok wieġeb offra ‘biscuit’

Id-deputat nazzjonalista, Tony Abela, ma kkummentax dwar id-deċiżjoni tal-qorti li kkonfermat kif Tonio Fenech aċċetta rigali mingħand min hu involut fl-iskandlu taż-żejt fi żmien li kien Ministru tal-Enemalta.

Aqra aktar

Seduta Parlamentari mhux tas-soltu

Dalgħodu membri minn diversi kumitati ta’ EkoSkola minn madwar Malta u Ghawdex inġabru għal seduta Parlamentari mhux tas-soltu.

EkoSkola huwa programm internazzjonali mmirat biex jeduka lit-tfal fl-iskejjel dwar l-ambjent u s-sosteniblità.

Aqra aktar

Ambaxxaturi taħt saqaf wieħed

Dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella fetaħ laqgħa ta’ jumejn għall-Ambaxxaturi. Din il-laqgħa ssir kull sena u din is-sena d-diskussjoni se tiffokka fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ta’ pajjiżna s-sena d-dieħla. Fost oħrajn se jkunu diskussa l-loġistika, il-programm kulturali, il-politika u t-taħriġ.

Se jsiru laqgħat ta’ head of missions tul is-sitt xhur tal-Presidenza biex jinfurmaw xi jkun għaddej eżatt waqt il-Presidenza. Tul il-laqgħa tal-ambaxxaturi din is-sena kien hawn preżenti wkoll rappreżentanti importanti fil-qasam tal-kummerċ biex ikunu nfurmati dwar kif jistgħu jippromwovu lil Malta.

Aqra aktar

L-aħħar tislima lil-Lito

Mijiet inġabru fil-Parroċċa tal-Birgu biex isellmu l-memorja ta’ Emanuel Micallef, magħruf bħala Dj Lito li tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku il-Ħadd li għadda.

Il-mewt ta’ Lito ħasdet il-komunità tal-Birgu.

Dj Lito kien magħruf bħala dj tar-rock f’Malta, li kien jgħaqqad lil din il- komunità ta’ spiss permezz tal-programmi tiegħu fuq ir-radju.Aqra aktar

Send this to a friend