Lokali – Page 4235 – One News

Notifiki

Bonnici: “Ħaddieħor ipaċpaċ, aħna ndaħħlu t-trasparenza”

Fid-dawl li l-Partit Laburista huwa l-ewwel partit minn dawk ewlenin li rreġistraw mal-Kummissjoni Elettorali, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici u kandidat għall-Deputat Mexxej qal li din hi ġurnata storika “li fiha qed nuru kif isiru l-affarijiet bis-serjetà.”  Bonnici qal li din hija okkażjoni oħra li turi biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna.

Aqra aktar

50 xahar konsekuttivi ta’ żidiet fl-ajruport

F’Mejju għadda mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta 476,575 passiġġier, li jfisser tkabbir ta’ 7.8% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan ir-rekord ta’ passiġġieri jfisser li l-ajruport laħaq il-50 xahar konsekuttiv ta’ żieda fin-numru ta’ passiġġieri.

Aqra aktar

18-il xahar ħabs wara li pprova jiffroda kumpanija

Martin Joseph Xuereb, ta’ 41 sena minn Bormla, kien ikkundannat 18–il xahar ħabs, wara li ammetta li pprova jiffroda kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2013, meta l-akkużat pprova jiffroda bejn €500 u €5,000 b’dannu għal Citadel Insurance u Victoria Insurance Agency.

Il-Maġistrat irrimarka kif għalkemm l-involviment tiegħu ma kienx mill-iktar serju, jibqa’ l-fatt li nstab ħati diversi drabi ta’ reati, li għalihom weħel sentenza ta’ ħabs. Kien għalhekk li ma setax jagħtih piena jekk mhux oħra ta’ ħabs effettiv.

Busy Bee tħabbar investiment ta’ €6 miljun

Il-kumpanija Busy Bee ħabbret investiment ta’ €6 miljun f’fabbrika ġdida state of the art f’żona industrijal tal-Imrieħel.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija Busy Bee se tkun qed timpjega aktar minn 70 ħaddiem biex iżżid mal-150 impjegat eżistenti.

Sabiex eventwalment l-kumpanija Busy Bee tibda tħaddem ‘il fuq minn 220 impjegat.

Sfida ikbar għal Michelle Muscat

Is-sinjura Michelle Muscat se terġa’ tgħum bil-għan li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold.

Din id-darba l-għuma se tkun minn naħa t’isfel ta’ Malta għall-Port il-Kbir, jiġifieri sfida ikbar għaliex il-baħar f’dawn l-inħawi fih aktar kurrenti u huwa baħar miftuħ.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jirreġistra mal-Kummissjoni Elettorali

Skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, li daħlet fis-seħħ grazzi għall-impenn ta’ dan il-Gvern, partit politiku jeħtieġ li jkun reġistrat.

Il-Partit Laburista irreġistra mal-Kummissjoni Elettorali l-Ġimgħa filgħodu, hekk kif il-partiti għandhom sal-aħħar ta’ Ġunju biex jagħmlu dan.

Ir-reġistrar tal-Partit Laburista kien immarkat mill-President tal-Partit Daniel Micallef u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Lydia Abela u l-Viċi-President, Louis Gatt, quddiem l-Ufficcju tal-Kummissjoni Elettorali.

Aqra aktar

Espert Franċiż f’Malta għal restawr storiku

Il-patrimonju huwa dak li jagħmlina Maltin u rridu nieħdu ħsiebu. Dan kien kliem il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici waqt li kien qed jiltaqa’ m’espert mill-Awtorità Franċiża tar-Restawr, Didier Happe u li bħalissa jinsab f’pajjiżna taħt l-awspiċju ta’ Din l-Art Ħelwa.

Aqra aktar

Firma ta’ Gvern ‘pro-business’

  • Dalwaqt jitħabbar proġett intiż biex jgħin intrapriżi jġibu l-merkanzija f’Malta

Ġie ffirmat ftehim li se jiffaċilita l-mod li bih ikun isir in-negozju f’Malta. Dan l-impenn jidħol fis-seħħ bejn dipartimenti tal-Gvern u entitajiet oħra konċernati.

F’diskors wara li ġie ffirmat l-impenn, il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li l-kompetittività ekonomika ta’ pajjiż tiddependi minn ħafna fatturi, fosthom kemm tiswa l-enerġija u l-istat tal-infrastruttura.

Aqra aktar

Send this to a friend