Lokali – Page 4234 – One News

Notifiki

Tlett cruiseliners oħra f’Għawdex f’jumejn

Dan li jidher fl-istampa huwa s-Seabourn Sojourn, li se jasal Għawdex illum. F’dan tmiem il-ġimgħa se naraw il-wasla ta’ tliet cruiseliners, wieħed illum u tnejn għada, Silver Spirit u Wind Surf.

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr dan waqt zjara fil-porta tal-Imġarr. Qal li l-2016 hija sena tajba ħafna għall-industrija tal-cruiseliners f’Għawdex u dan ifisser aktar xogħol għan-negozji, kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi fosthom il-lukandi u r-ristoranti.

Aqra aktar

“Sib passjoni” – is-suċċessi ta’ Sabrina Grima

Sabrina Grima, malli tħares lejha, aktarx li terġa’ tħares, għaliex verament tfalja sabiħa. Tolqtok l-aktar is-saħħa li tidher li għandha. Infatti Sabrina bħalissa qed tipprepara għall-ikbar kompetizzjoni fis-saħħa u sbuħija tas-sena, il-World Beauty Fitness & Fashion fil-Kanada f’Awwissu li ġej.

 Sabrina hija tfajla ta’ 27 sena. Ġurnata tipika tagħha hija din: tqum fil-ħamsa ta’ filgħodu, tagħmel it-training, tmur ix-xogħol full time sal-ħamsa ta’ filgħaxija, u wara tnax-il siegħa mqajma, tmur tħarreġ lin-nies f’dak li jissejjaħ Insanity: wieħed mill-aktar programmi ta’ fitness intensivi li hawn fis-suq. Jekk dan mhux biżżejjed, fi tmiem-il ġimgħa Sabrina tmur ġirja fil-kampanja, jek inkella l-gym.

Aqra aktar

Aġġornat: Tajra kbira tintlemaħ fil-Port Ħieles

Aktar kmieni llum intlemħet tajra kbira, jew avaltun -Juvenile Griffon Vulture- fil-Port Ħieles fuq wieħed mill-kontejners.

Kelliem għall-għaqda Kaċċaturi San Ubertu qalilna li din it-tajra aktarx daħlet ma’ bastiment li kien ġej mit-Turkija. Mhix tajra li tpassi u mhix ta’ periklu għall-pubbliku. Tiekol affarjiet mejtin u ma tikkaċċjax.Aqra aktar

“Ma nagħmlux simboli mit-tfal”

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, immexxi minn Pauline Miceli, segwa b’ interess l-istorja ta’ Willa Naylor, it-tifla transġeneru, li ġiet rrapportata reċentement fil-mezzi tal-istampa u qal li jinsab imħasseb dwar ir-riskju li din il-materja tiġi personalizzata tant li tfal partikolari jsiru simboli tat-tfal transġeneri.

L-Uffiċċju stqarr li meta jirċievu espożizzjoni u attenzjoni żejda mill-midja jistgħu jiġu idolizzati jew demonizzati minn sezzjonijiet differenti tal-pubbliku f’dik li għadha materja kontroversjali. Dan jagħmel ħsara lit-tfal ikkonċernati u lill-familji tagħhom, li minkejja l-eżitu pożittiv tal-każ jibqgħu vulnerabbli.Aqra aktar

Il-Kap tal-Kabinett ta’ Juncker mal-Kabinett ta’ Muscat

Il-Kap tal-Kabinett tal-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claude Juncker iltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-kabinett f’Kastillja.

Dan f’laqgha li tantiċipa l-Presidenza Maltija fl-2017. Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li teżisti rieda politika qawwija kemm mill-Gvern Malti u l-Kummisjoni Ewropea biex il-Presidenza ta’ Malta tkun waħda b’saħħitha u li tilħaq l-għanijiet tagħha.Aqra aktar

Il-Prim maċ-Champions

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mat-tim tal-Belt, ir-rebbieħa tal-Kampjonat Premier ta’ dan l-istaġun. F’din il-laqgħa, li saret fil-Berġa ta’ Kastilja, kien hemm plejers u membri mill-kumitat tal-klabb tal-Belt.

Send this to a friend