Għandek karta tal-€5, €10 jew €20? Tidher Malta fuqhom jew le?
Il-karti kollha ġodda tal-ewro għandhom marka żgħira fuqhom li tirrappreżenta lil Malta.
Għandek karta tal-€5, €10 jew €20? Tidher Malta fuqhom jew le?
Il-karti kollha ġodda tal-ewro għandhom marka żgħira fuqhom li tirrappreżenta lil Malta.
25 persuna ġew arrestati matul il-lejl li għadda f’diversi lokalitajiet madwar Malta, b’rabta mal-pussess ta’ droga ecstasy, raża tal-kannabis u parti minn pjanta tal-kannabis.
Intlaħaq ftehim bejn il-Gvern u l-Unjin Maltija għall-Inermiera u Qwiebel (MUMN), kemm fil-ħidma f’Mater Dei u kif ukoll f’Monte Carmeli.
Għalhekk l-MUMN irtirat id-direttivi li kienet qed tapplika. L-MUMN kienet esprimiet tħassib serju dwar in-nuqqas ta’ infermiera. Bħala eżempju semmiet il-każ meta infermier kien qed iħares tliet pazjenti f’Monte Carmeli u waqt li mar jara xi ġralu pazjent minnhom, pazjent ieħor ħarablu mill-isptar.
Id-deputat indipendenti Marlene Farrugia hija l-mexxej temporanju tal-Partit Demokratiku li se jkun irreġistrat bħala parti fi żmien li ġej, bid-Deputat Mexxej temporanju huwa Anthony Buttigieg u s-Segretarju Ġenerali temoranju Marco Cremona.
Il-ġnien botaniku tal-Argotti u l-ġonna tal-madwar se jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw ċentru t’eċċellenza botanika filwaqt li jkun jista jitgawda aktar minn kull min iżuru. Il-proġett tħabbar is-Sibt filgħodu mill-Ministru Jose Herrera, waqt żjara li għamel fl-istess ġonna.
Hawnhekk saritlu spjegazzjoni ta’ x’se jkun qed isir eżattament f’dan il-proġett. Fost oħrajn, se jsir tindif estensiv tal-ġonna kollha u se jkunu restawrati għal mod kif kienu inbnew oriġirnarjament.
Fl-aħħar sigħat kienu ħafna dawk li tkellmu jew kitbu dwar Mohammad Ali, il-boxer leġġendarju li miet iktar kmieni llum. Tkellimna ma’ Vince Bongailas, boxer għal numru ta’ snin u llum kowċ tal-boxing. Għalih, Ali huwa “inkredibbli.”
L-Awtorità tal-Ippjanar bidlet il-mod ta’ kif jinħadmu dawk magħrufa bħala Development Notification Orders, li huma każi fejn żvilupp ikun eżenti mill-ħtieġa ta’ applikazzjoni ta’ ippjanar.
Dawn it-tip ta’ żviluppi se jkunu qed jonqsu bil-għan li l-pubbliku jkun involut aħjar f’iktar deċiżjonijiet. Hemm 19–il klassi ta’ żvilupp li huwa permess u dawk li nżammu bħala parti minn din is-sistema huma dawk li m’għandhomx impatt fuq il-kuntest tas-sit jew ir-residenti fil-madwar.
Id-DJ Franċiż ta’ fama mondjali Martin Solveig jinsab Malta.
Huwa magħruf l-aktar għad-diska “Hello” li kienet hit popolari ħafna fil-gżejjer Maltin. Id-diska laħqet il-quċċata tal-klassifiċi fl-Awtrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka u l-Olanda, filwaqt li kienet fl-ewwel għaxar postijiet ta’ bosta pajjiżi.
Matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel nofs tal-2017, Malta se tisħaq li l-Unjoni tindirizza b’suċċess il-migrazzjoni u temi oħra differenti, bħat-theddida tat-terroriżmu fl-oqsma tal-intern u tad-difiża.
Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigutà Nazzjonali, Carmelo Abela.
Huwa kien qed jitkellem il-Ġimgħa waqt laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, Alexander Italianer, u l-Kap tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni, Martin Selmayr, fil-Ministeru l-Belt.
Dan li jidher fl-istampa huwa s-Seabourn Sojourn, li se jasal Għawdex illum. F’dan tmiem il-ġimgħa se naraw il-wasla ta’ tliet cruiseliners, wieħed illum u tnejn għada, Silver Spirit u Wind Surf.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo stqarr dan waqt zjara fil-porta tal-Imġarr. Qal li l-2016 hija sena tajba ħafna għall-industrija tal-cruiseliners f’Għawdex u dan ifisser aktar xogħol għan-negozji, kif diġà tixhed iż-żieda fl-impjiegi f’diversi setturi fosthom il-lukandi u r-ristoranti.
Send this to a friend