F’kitba dwar l-ambjent, fost oħrajn dwar l-użu tal-art, il-Prim Ministru qal li din hija l-ikbar kunsiderazzjoni li għandu pajjiżna.Aqra aktar

F’kitba dwar l-ambjent, fost oħrajn dwar l-użu tal-art, il-Prim Ministru qal li din hija l-ikbar kunsiderazzjoni li għandu pajjiżna.Aqra aktar
Id-deputat Nazzjonalista u eks Ministru tal-Finanzi, Tonio Fenech, huwa direttur ta’ fond investigat mill-aġenzija għall-pensjonijiet fl-Iżvezja. Liema investigazzjoni issa għaddiet għand il-pulizija u l-awtoritajiet għas-servizzi finanzjarji fiż-żewġ pajjiżi.
Kien Il-Ħelsien, l-organu tal-Partit Laburista li kien joħroġ filgħaxija fi żmien l-interdett, li fl-1964 ħareġ l-ewwel f’Malta bl-aħbar li Muhammad Ali, dak iż-żmien magħruf bħala Cassius Clay, kien rebaħ it-titlu tal-heavyweight għall-ewwel darba. Dan fil-25 ta’ Frar meta kien għeleb lil Sonny Liston b’knock-out tekniku.
Wara l-iffirmar ta’ memorandum of understanding bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali u l-Istitut Forensiku Olandiż, nhar it-Tnejn mistenni jibda taħriġ teoretiku u prattiku lil 14-il uffiċjal tal-Pulizija tal-qasam tal-forensika mill-esperti Olandiżi.
L-Istitut Forensiku Olandiż huwa rinomat fuq skala globali u għalhekk dan kien l-aħjar pass li pajjiżna seta jagħmel biex itejjeb dan il-qasam u b’hekk ikun hawn iktar ġustizzja. Dan qed isir ukoll bħala pjan Ewropew biex sal-2020 l-istati membri jkunu magħqudin fi spazju forensiku ta’ kwalità superjuri.
Kmieni f’din il-leġislatura l-gvern introduċa l-kunċetti ta’ ko-edukazzjoni u l-‘Middle Schools’ fil-livell Sekondarju tal-edukazzjoni. Dan kien ifisser bini ta’ estensjonijiet ta’ skejjel eżistenti, bini ta’ skejjel kompletament ġodda u iżgħar, u li jakkomodaw mhux aktar minn 550 studenti, kif ukoll tisbieħ estensiv f’diversi skejjel.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Żabbari ta’ tletin sena mixli b’serq ta’vettura privata, li kkawża ħsarat f’żewġ vetturi oħra u li huwa riċediv għax wettaq reat waqt li kien fuq probation. Aqra aktar
It-tazza li se tintrebaħ fil-kompetizzjoni prestiġjuża tal-Copa America, li bdiet f’dan tmiem il-ġimgħa, hija ddisinjata mill-istess ditta li l-Malta Football Association, l-MFA, għażlet biex tiddisinja u timmanifattura l-FA Trophy għal pajjiżna.
X’sodisfazzjoni għal dik il-persuna li tellgħet dan ir-ritratt fuq Facebook. Wara snin ta’ taqtigħ il-qalb seta’ jinnota lil xi ħadd jgħum fil-pitch tal-waterpoli ta’ Birżebbuġa.Aqra aktar
Anzjan ta’ 72 sena mis-Siġġiewi kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Lapsi s-Siġġiewi.
L-anzjan, li kien qed isuq Subaru E10, jidher li ma sofriex ġrieħi gravi iżda ttieħed l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. L-inċident seħħ bejn tliet karozzi, iżda waħda minnhom kienet ipparkjata.
Iż-żarmar u t-twaqqigħ tal-Marsa Power Station qed ikompli għaddej b’ritmu mgħaġġel hekk kif issa beda wkoll ix-xogħol biex jitneħħew l-akbar strutturi tal-istazzjon.
Send this to a friend