Lokali – Page 4231 – One News

Notifiki

Welldet fuq il-baħar … tinġieb Malta mal-familja

Ninsabu infurmati li matul il-lejl mara li welldet fl-ibħra mhux bogħod minn pajjiżna iddaħħlet f’pajjiżna flimkien mat-tarbija tagħha.

Jidher li ddaħħlet pajjiżna bħala evakwazzjoni medika. Jidher li fil-mumenti li ġejjin mistennija jiddaħħlu pajjiżna wkoll ir-raġel tagħha, u ż-żewġ ulied oħra tagħhom.

Kollox jindika li dawn kienu jinsabu f’dgħajsa tal-immigranti fi triqithom lejn l-Ewropa. Id-destinazzjoni aħħarija tal-bqija tal-immigranti għadha mhijiex magħrufa.

Żewġ inċidenti fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu

Anzjan li kien passiġier f’karozza li kienet involuta f’inċident dalgħodu, sofra ġrieħi gravi. Ir-raġel ta’ 67 sena miż-Żurrieq flimkien max-xufier li huwa wkoll miż-Żurrieq u għandu 58 sena kienu f’karozza tat-tip Toyota Starlet.

Għal ħabta tat-3.15a.m., meta l-karozza kienet għaddejja minn Triq il-Qrendi direzzjoni lejn iż-Żurrieq tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla ġo ħajt ta’ dar. Ix-xufier li ndarab ħafif ukoll ittieħed l-isptar Mater Dei flimkien mal-passiġier, biex it-tnejn jirċievu l-kura medika.Aqra aktar

Il-Pulizija tinvestiga mewt t’anzjan f’Ħal Luqa

Anzjan ta’ 66 sena tilef ħajtu wara li s-Sibt waranofsinhar kien miexi u waqa’ minn fuq bankina.

Fi stqarrija tal-pulizija li ħarġet dalgħodu ntqal li r-raġel kien miexi fi Triq Valletta f’Ħal Luqa fejn hekk kif waqa’ mal-ewwel intalbet l-assistenza medika. Huwa ġie iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika iżda aktar il-pulizija ġiet infurmata li r-raġel miet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Josette Demicoli li ħatret diversi inkjesti sabiex jassistuha. Il-pulizija qalet ukoll li se ssir awtopsja sabiex tistabilixxi l-kawża tal-mewt tar-raġel.

EURO2016 ma’ ONE

Mill-10 ta’ Ġunju sal-10 ta’ Lulju ngħaqdu mat-taqsima ta’ One Sport għall-programm ta’ diskussjoni dwar l-Euro 2016. Żona Ewropea ser jixxandar bejn it-20.00 u t-20.30 ta’ filgħaxija u għandu preżentazzjoni ta’ Clinton Buhagiar, Peter Paul Gauci u Janice Briffa.

Aqra aktar

Il-President tikteb kontra l-vjolenza soċjali  

Il-President tar-Repubblika bagħtet messaġġ ċar kontra dik li ddeskriviet bħala vjolenza soċjali. Vjolenza li ssir permezz tal-faċilitajiet moderni tal-komunikazzjoni fejn mhux darba u tnejn persuni qed jispiċċaw redikolati, imħammġa jew umiljati. F’artiklu ppubblikat fil-gazzetti tal-lum il-President appellat ukoll biex ħadd ma joffri kenn lil min iwettaq dan it-tip ta’ aġir.

Aqra aktar

Il-ġudikanti b’rapporti spissi

Kull membru tal-ġudikatura f’pajjiżna se jibda jirċievi rapport ’b’informazzjoni dettaljata rigward il-każijiet li għandu fil-qrati differenti li fihom iservi. Żvelat dan it-Torċa li qalet li dan se jsir bl-iskop li kull ġudikant jinżamm iktar kontabbli, b’attenzjoni partikolari se tibda tingħata lil każijiet pendenti.

Aqra aktar

Send this to a friend