Lokali – Page 4229 – One News

Notifiki

Nirien fil-Mellieħa

Nirien ħakmu għalqa fin-niżla tal-Mellieħa. Ħadd ma weġġa fl-inċident li seħħ għal ħabta tas-19:00 tas-Sibt filgħaxija. Sorsi qalulna li ħa n-nar xi qasam li kien hemm fl-għalqa bil-konsegwenza li n-nar ħa malajr.

Il-Pulizija għalqu t-toroq tal-madwar, filwaqt li ssejħu tliet stazzjonijiet tas-CPD għall-għajnuna.

Aqra aktar

Valletta Champions

L-aħħar ġurnata t’April ġabet fit-tmiem is-separju fuq il-kampjonat Malti tal-football, bit-tim tal-kapitali, Valletta ġa kien matematikament ċampjin tal-kampjonat Malti.

Dan hekk kif bdew jilgħabu b’vantaġġ t’erbgħa punti fuq it-tim ta’ Hibernians, b’dan tal-aħħar ma jistax jilħaq lil Valletta.

Aqra aktar

“Wasal iż-żmien li niċċelebraw il-kisbiet tagħna” – Joseph Muscat

“Wasal iż-żmien li niċċelebraw il-kisbiet tagħna” – hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista ekslussiva għal dan is-sit.

Kliem li qal qabel illum mit-tlieta ta’ wara nofsinhar tibda ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem minn Pjazza Kastilja. Illum l-ewwel ta’ Mejju huwa ddedikat lil ħaddiema Maltin u Għawdxin, u lil pedamenti tal-Partit li tul is-snin dejjem kienu ta’ sostenn għalih.

“Aħna moviment tax-xogħol” qal il-Prim Ministru. “Gvern tax-xogħol”.

Aqra aktar

Birdlife tgħid li sabet għasafar protetti mejta

BirdLife Malta stqarret li fl-aħħar jiem tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ġabret żewġ għasafar protetti milquta biċ-ċomb. Fi stqarrija qalet li l-Ġimgħa filgħodu nġabar Farruġ mejjet min persuna li sabitu waqt li kienet miexja f’għelieqi fl-inħawi tax-Xagħra Għawdex.

Aqra aktar

Karozza f’garaxx fil-Fgura tieħu n-nar

Ħadd ma weġġa’ meta karozza li kienet ipparkjata f’garaxx ta’ dar fil-Fgura ħadet in-nar.

Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. In-nirien ġew ikkontrollati fi ftit tal-ħin iżda l-karozza laħqet ġarbet ħsarat estensivi.

Aqra aktar

Roħs ieħor fil-gass – l-irħas f’ħames snin

Minn nhar it-Tnejn il-Maltin se jibdew igawdu mill-irħas prezz tal-gass fl-aħħar ħames snin. Dan meta jerġa’ jidħol fis-seħħ roħs ieħor li se jara ċilindru tal-gass jinżel għal €14.50 minn €15.

Fi stqarrija tal-Gvern intqal li dan ir-roħs se jibqa’ stabbli fuq medda ta’ diversi xhur bħala parti mill-politika ta’ stabbilità fuq il-prezzijiet tal-gass mill-Gvern.

Aqra aktar

Jitnieda charter bid-drittijiet u l-obbligi għall-ħaddiema u min iħaddem

Fl-okkażżjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali Helena Dalli nediet charter bil-kundizzjonijiet bażiċi li se jibda jitqassam fid-djar kollha f’Malta u Għawdex.

Dan iċ-charter fih numru tad-drittijiet u obbligi għall-ħaddiema u min iħaddem.

L-għan ta’ dan ic-charter huwa biex aktar ħaddiema u minn iħaddem biex jżied l-għarfien dwar dak li hemm stipulat fil-liġi tad-drittijiet.

Il-Ministru Helena Dalli qalet li permezz ta’ dan iċ-charter, il-Gvern wettaq wegħda elettorali filwaqt li tkellmet dwar l-impenn ta’ dan il-Gvern biex jaħdem aktar favur il-liġi tal-ħaddiema u kontra l-prekarjat.

Il-Ministru George Vella f’Baku għal żjara uffiċjali

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella jinsab f’Baku għal żjara uffiċjali. Hemm qed jipparteċipa f’diskussjonijiet mal-Prim Ministru tal-pajjiż, il-Kap tal-Istat u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Qed jiddiskutu forst oħrajn l-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Azerbaijan.

Aqra aktar

Send this to a friend