Lokali – Page 4228 – One News

Notifiki

Baħri Grieg jiffittta lin-nies

Baħri Grieg ta’ 35 sena ammetta li hedded uffiċjali tal-pulizija wara li marru jfittxuh meta il-Ħadd filgħaxija waslilhom rapport li kien qed jiffitta nies f’restorant fil-Belt Valletta.

Aqra aktar

Sentejn ħabs wara li weġġa’ bouncer

Alfred Zahra ta’ 40 sena minn Buġibba, kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li weġġa’ bouncer fi stabbiliment meta tah daqqa ta’ tazza.

Fil-Qorti, Zahra ammetta li fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 t’Awwissu li għadda, hedded u kkaġuna feriti gravi fuq Vincent Cutajar, wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-istabbiliment.

Aqra aktar

Imfakkar is-7 ta’ Ġunju

Fil-ġnien ta’ Hastings qed issir ċerimonja kommemorattiva li tfakkar nhar is-7 ta’Ġunju – festa nazzjonali li  titfakkar il-mewt ta’ erbgħa Maltin waqt irvellijiet fil-Belt Valletta.

Fis-7 ta’ Ġunju 1919 kienet qed issir it-tieni laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali fil-belt Valletta meta folla kbira nġabret il-belt stess bħala turija ta’ appoġġ. Il-folla tilfet il-kontroll meta rat li xi ħwienet ħallew il-bandiera Ingliża tittajjar fuq il-bjut. Meta l-pulizija Maltija ma setgħetx tikkontrolla l-folla, ssejħu s-suldati Ingliżi li sparaw fuq il-folla.

Aqra aktar

Inċident b’mutur f’Ħal Luqa

F’inċident viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Malta sewwieq ta’ mutur baqa’ dieħel f’arblu biex sofra xi ġriehi, li jidher li mhux gravi, tant li fuq il-post issejħet ambulanza. L-inċident seħħ ftit wara l-erbgħa neqsin kwart meta l-mutur skiddja u għalhekk seħħ l-impatt mal-arblu. Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Aqra aktar

Bidliet fit-triq tal-Kappara matul il-lejl

Il-kuntrattur tal-proġett tal-Kappara se jkun qed jieħu kampjuni minn Triq Mikiel Anton Vassalli, tul il-lejl. Ġeoloġisti mbagħad se jinvestigaw il-materjal biex jgħinu l-inġiniera waqt il-fażi tal-bini fil-proġett tal-Kappara. L-investigazzjonijet jiddeterminaw il-kompożizzjoni ta’ taħt l-art.Aqra aktar

Tal-baned iridu nomina oħra

Diżappuntata b’dak li seħħ din is-sena, l-Assoċjazzjoni tal-Baned Maltin, qed tistenna li terġa’ tkun innominata għall-Premju Ċittadin Ewropew is-sena d-dieħla.

Dan bit-tama li dak li proponew is s-sitt Membri Parlamentari Maltin b’mod unanimu din is-sena jkun aċċettat is-sena d-dieħla. Iltqajna ma’ Noel Camilleri, President tal-Assoċjazzjoni tal-Baned.

Aqra aktar

Taqa’ sular u tweġġa’ gravi

Mara ta’ 44 sena residenti San Ġiljan waqgħet għoli ta’ madwar sular minn gallarija ta’ residenza privata u sofriet xi ġrieħi.

Dan seħħ illum għall-ħabta tal-10:05 fi Triq San Mark, San Ġiljan.

Ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li minkejja l-ġrieħi gravi, mhix fil-periklu tal-mewt.

 

 

 

 

Karnival fuq l-ilma

Minn għada fis-sitta ta’ filgħaxija l-Port il-Kbir se jieħu xejra ferm iktar vivaċi. Hawn tistgħu taraw il-preparamenti għal dak li qed ikun imsejjaħ “l-ispettaklu tas-sena” : il-Valletta Pagaent of the Seas.

Aqra aktar

Send this to a friend