Lokali – Page 4226 – One News

Notifiki

“Irridu nagħtu aktar saħħa lid-delegati”

Il-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, kompla jiltaqa’ mad-delegati u l-attivisti tal-Partit Laburista. Emfasizza li d-delagati jridu jingħtaw iżjed saħħa fil-Parti. Magħhom kompla jitkellem dwar il-futur tal-Partit Laburista u l-viżjoni għall-partit. Huwa elenka l-impenn li jitkellem ma’ dawk il-Laburisti li forsi fl-aħħar snin tbegħdu mill-Partit Laburista u dawk li sofrew xi inġustizzja. Aqra aktar

Omm b’missjoni

Mhux faċli ssib ruħek f’sitwazzjoni fejn l-ewwel wild għandu l-awtiżmu. Wisq inqas meta tiskopri li ż-żewġ ulied ta’ wara, tewmin, għandhom l-istess kundizzjoni. Iżda l-omm li ltqajt magħha tinsab determinata, biex flimkien ma’ żewġha u ta’ madwarha joffru l-aqwa trobbija lit-tfal tagħha.

Aqra aktar

Bonnici jisħaq fuq il-ġustizzja soċjali

Il-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Owen Bonnici, iltaqa’ ma’ eksmembri parlamentari u magħhom iddiskuta kif filwaqt li l-Partit Laburista jrid jieħu t-tagħlimiet tal-imgħoddi, jrid jgħix illum b’viżjoni għall-ġejjieni. Kienet ukoll laqgħa fejn enfasizza l-ġustizzja soċjali u l-ħtieġa li min sofra xi inġustizzja jingħata kenn.Aqra aktar

“Bl-IIP tikseb l-aqwa nies”

Bil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment tikseb mhux biss l-aqwa riżultati ekonomiċi iżda l-aqwa nies. Dan kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Investment Migation Forum li qed jittella’ f’Genevra.

Forum bit-tema ‘Advancing Investor Immigration and Citizenship’ li laqqa’ flimkien mexxejja minn madwar id-dinja, aġenti tal-programm taċ-ċittadinanza b’investiment, aġenzji u kumpaniji li huma interessati f’dan il-programm.Aqra aktar

F’sena rrappurtati iktar minn 9,000 serqa

F’tlettax-il xahar, bejn Marzu 2015 u Marzu 2016 kienu rrappurtati 9,357 serqa. Filwaqt li bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet kien hemm 7,706, bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Marzu ta’ din is-sena ġew irrappurtati 1,651 każ.

Aqra aktar

F’diskussjonijiet ma’ Harvard u Partners HealthCare

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar l-Iskola Medika ta’ Harvard f’Boston, Massachusetts, kif ukoll Massachusetts General, Spaldin u Brigham, sptarijiet fejn jingħata tagħlim mediku. Dawn huma mmexxija mill-Partners HealthCare. Dawn tal-aħħar mistennija jingħaqdu mal-Vitals Global Healthcare fl-għajnuna li se jagħtu lill-Gvern Malti biex itejbu l-Isptar Karin Grech u l-Isptar San Luqa u jikkontrbiwixxu fil-binja ta’ sptar ġdid u skola medika f’Għawdex. B’mod konsisteni, l-Isptar Massachusetts General, jiġi vvutat bħala l-aqwa sptar fl-Istati Uniti, filwaqt li l-Iskola Medika ta’ Harvard hija rikonoxxuta bħala l-aqwa skola medika.

Aqra aktar

Daħal jisraq minn ħanut darbtejn fi tlett ijiem

Is-sentenza għal raġel li ammetta li seraq minn ħanut darbtejn fi tlett ijiem, se tingħata nhar it-Tnejn li ġej. Mark Anthony Borg, raġel ta’ 48 sena li jgħix San Ġiljan, ammetta l-akkuża ta’ serq bi vjolenza minn ħanut fil-lokalità fejn jgħix.Aqra aktar

Nqabdet titlajja għall-prostituzzjoni

Sarah Madeleine Caruana, mara ta’ 41 sena minn San Pawl il-Baħar, qed tinżamm arrestata wara li kienet akkużata li kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Dan meta nqabdet titlajja għal skopijiet ta’ prostituzzjoni.

Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u kwart fil-Marsa. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest bl-argument li fil-ħabs l-imputata tispiċċa agħar, filwaqt li l-Prosekuzzjoni talbet li l-akkużata tkun mgħejjuna billi tattendi programm li jista’ jgħinha. L-akkużata m’ammettietx l-akkużi miġjuba kontriha.

503 immigrant irregolari lejn l-Istati Uniti

 

Bejn Marzu tas-sena li għaddiet, u Marzu ta’ din is-sena, ġew risistemati ftit aktar minn ħames mitt immigrant irregolari lejn l-Istati Uniti.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari.Aqra aktar

Corinthia se tmexxi resort lussuż f’Dubai

Corinthia Hotels laħqu ftehim mal-UAE biex timmaniġġja resort lussuż f’Dubai. Dan huwa t-tieni proġett imħabbar mill-kumpanija hekk kif fil-ġimgħat li għaddew il-kumpanija Maltija ħabbret li xtrat Hotel Astria fiċ-ċentru ta’ Brussell bil-għan li tittrasformaha fl-aqwa lukanda tal-kapitali Belġjana.Aqra aktar

Send this to a friend