Lokali – Page 4225 – One News

Notifiki

Sodisfatta li l-PE qed jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni

Wara l-istqarrija tal-Kummissjoni Ewropea dwar pjan ġdid tal-UE biex jigu ndirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni mill-Afrika, l-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi qalet: “Għall-aħħar 3 snin, daqskemm ilni membru fil-Parlament Ewropew, ripetutament enfasizzajt il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-kawżi bażiċi tal-migrazzjoni u l-ħtiega li nikkonċentraw l-isforzi tagħna biex nagħtu lil dawn in-nies futur fil-pajjiż tagħhom stess. Din kienet wkoll waħda mir-rakkomandazzjonijiet tiegħi li jien għamilt  fir-rapport dwar il-migrazzjoni bħala l-kelliem ghal grupp S&D fuq is-suġġett”.Aqra aktar

Għodwa mat-tfal

Il-Ministru Owen Bonnici żar il-Manucca Child Care Centre fiż-Żejtun. Dan iċ-ċentru, li ilu miftuħ għal dawn l-aħħar sentejn u jgħin fl-iżvilupp soċjali tat-tfal, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa ċentri li hawn fil-pajjiż. Aqra aktar

Jibnu l-karru tal-imħabba

Jinsabu fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex nhar is-Sibt li ġej wara nofsinhar issir il-gay pride fil-Belt Valletta, bit-tema ta’ din is-sena tkun ugwaljanza sħiħa.

Aqra aktar

Minn fomm ġurnalista Żvediża

F’intervista ma’ one.com.mt, il-ġurnalista Żvediża Sara Recabarren stqarret li Tonio Fenech għandu ħafna xi jwieġeb.

Il-gazzetta MaltaToday illum żvelat kif Tonio Fenech hu direttur ta’ fond li qed ikun investigat fl-Iżveżja.  Il-każ wassal għal investigazzjonijiet dwar kif miljuni ta’ ewro fi flus ta’ pensjonanti spiċċaw trasferiti għal fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur.

Segwu x’qalet Recabarren meta tkellimna magħha.

Aqra aktar

“Għax għadu kiesaħ!”

F’temperatura sħuna fil-gżejjer Maltin, ħafna llum erħewlha lejn xatt il-baħar. Aħna morna nistaqsuhom kif kien il-baħar. Uħud qalu li ma niżlux għax sabuħ kiesaħ, iżda għal oħrajn, din mhix skuża!

Aqra aktar

Bormla tirbaħ ir-regatta

Bħala parti mill-Pagaent of the Seas saret regatta speċjali “Palju De Vallette” fil-Port il-Kbir.

Kienu l-Bormliżi li rebħu l-ewwel post. Ir-regatta mmarkat il-ftuħ tal-Pageant of the Seas u saret bis-sehem ta’ qaddiefa Taljani, li kienu kollha nisa.  Ir-regatta kienet oriġinali minħabba l-fatt li bdew u spiċċaw mill-istess post fil-Port.

Aqra aktar

Ara ritratti tal-Valletta Pagaent of the Seas

Ritratti ta’ dawk li qed jattendu l-Valletta Pagaent of the Seas imlew is-sit soċjali Facebook illejla.

Min ħa xi selfie bil-veduta maestuża tal-Port il-Kbir fl-isfond, u min ipprefera jiffoka fuq l-ispettaklu nnifsu. Min xeħet ritratti bejn il-ħbieb, min kien aktar romantiku u raha bħala okkażżjoni sabiħa għall-koppja u min ħataf l-okkażjoni u attenda bit-tfal, sabiex anke jgħallimhom ftit mill-maestà li kapaċi toffri l-belt kapitali tagħna.

Din il-kollezzjoni hi meħuda minn nies li jinsabu hemm u anke mill-paġna Facebook tal-fondazzjoni Valletta2018.

Aqra aktar

SPETTAKLU: Valletta Pageant of the Seas

Iktar kmieni ngħata bidu għall-Valletta Pageant of the Seas. Spettaklu fil-Port il-Kbir bil-għan li jfakkar l-450 sena ta’ meta tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta. Dan l-avveniment jinkludi karrijiet tal-Karnival, għawwiema, power boats u yachts, dgħajjes tar-regatta, gruppi mużikali u artisti – kemm lokali kif ukoll internazzjonali.Aqra aktar

“Irridu nagħtu aktar saħħa lid-delegati”

Il-kandidat għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, kompla jiltaqa’ mad-delegati u l-attivisti tal-Partit Laburista. Emfasizza li d-delagati jridu jingħtaw iżjed saħħa fil-Parti. Magħhom kompla jitkellem dwar il-futur tal-Partit Laburista u l-viżjoni għall-partit. Huwa elenka l-impenn li jitkellem ma’ dawk il-Laburisti li forsi fl-aħħar snin tbegħdu mill-Partit Laburista u dawk li sofrew xi inġustizzja. Aqra aktar

Send this to a friend