Lokali – Page 4224 – One News

Notifiki

Il-President fil-Montenegro

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, bdiet bl-impenji uffiċjali tagħhha fil-Montenegro. Coleiro Preca ntlaqgħet minn Filip Vujanovic fil-palazz il-blu fil-belt Cetinje. Wara saret laqgħa bejn iż-żewġ naħat, bil-President ta’ Malta hija akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella u l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera. Aqra aktar

42 karozza ġdida għal kull 7 li jitneħħew  

Transport Malta se tkun qed tħejji pjan dwar it-traffiku għall-għaxar snin li ġejjin. Qal dan David Sutton, uffiċjal għoli fi ħdan Transport Malta meta kien qed jitkellem f’konferenza tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija. Filwaqt li ta spjegazzjoni dwar kif żviluppa t-traffiku tul is-snin.

Aqra aktar

Jibqa’ ma jagħmel xejn fil-konfront ta’ Tonio Fenech

Il-Kandidat għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona saħaq li, ġimgħa wara li l-Qorti ma’ sabitux ħati tal-malafama fil-konfront tal-eks Ministru Nazzjonalista Tonio Fenech, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil baqa’ ma’ għamel xejn minkejja li mis-sentenza tal-Qorti joħroġ bl-aktar mod ċar li Fenech, illum deputat Nazzjonalista, kien irċieva arloġġ rigal mill-kumpanija Powerplan Limited, li kienet involuta fl-iskandlu taż-żejt.Aqra aktar

Lejn iżjed għaqda bejn l-ITS u l-Università

Permezz tal-iffirmar tal-Memorandum of Understanding bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Istitut għat-Turiżmu, Vjaġġar u Kultura fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta ser tkompli l-ħidma konġunta bejn dawn l-istituzzjonijiet, ħidma li ilha għaddeja u ser tkompli tissaħaħ dan għal benefiċċju tal-istudenti Maltin u Għawdxin.

Il-qattus minflok il-mistura

Terapija permezz tal annimali, kunċett adottat fir-residenza tal-anzjani San Vincenz de Paul u li kien inawgurat dalgħodu. Faċilità ġdida fejn fiha l-anzjani jistgħu iqattghu ħin ma’ qtates u jżommulhom kumpanija. Dan sar b’investiment t’€40,000 mis-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva.Aqra aktar

Il-GDP jiżdied b’5.2%

Il-Prodott Domesitku Gross (GDP), f’termini reali, żdied b’5.2%. Dan kien ikkonfermat minn statistika ppubblikata mill-Uffiċjju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Estimi proviżorji jindikaw li għall-ewwel kwart ta’ din is-sena, il-GDP ammonta għal €2,185.6 miljun, żieda ta’ €153.4 miljun jew 7.6% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.Aqra aktar

IL-MARA MHIX OĠĠETT!

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-oġġettifikazzjoni tal-ġisem tal-mara fil-media, inkluż fil-media online. Tul dawn l-aħħar xhur il-Kummissjoni rċeviet numru ta’ kummenti mill-pubbliku fir-rigward ta’ videos u dikjarazzjonijiet li jissesswalizzaw lin-nisa b’mod żejjed u li jsaħħu sterjotipi negattivi fis-soċjetà.Aqra aktar

Inkisbu l-fondi biex ikun żviluppat il-Crafts Village

• Se jkun estiż il-park industrijali tax-Xewkija

• Se ssir pjattaforma tal-għerf

Tħabbru tliet proġetti b’investiment miljunarju li se jkunu qed joħolqu numru ta’ impjiegi ġodda. Fost dawn il-proġetti li nksibu fondi Ewropej għalih hemm il-proġett tal-Crafts Village li ilu mistenni bosta snin u li l-ħidma tal-Gvern waslet biex mhux biss saru l-pjani għalih, iżda biex inkisbu wkoll il-fondi li se jarawh isir realtà.Aqra aktar

Send this to a friend