• Se jtajjar il-bandiera Maltija
MSC CRUISES ħabbru li l-akbar u l-aktar cruise liner lussuż tagħhom se jġib f’Malta aktar minn 150,000 passiġġier f’uq medda ta’ 27 ġimgħa bejn Ġunju-Novembru 2017.
• Se jtajjar il-bandiera Maltija
MSC CRUISES ħabbru li l-akbar u l-aktar cruise liner lussuż tagħhom se jġib f’Malta aktar minn 150,000 passiġġier f’uq medda ta’ 27 ġimgħa bejn Ġunju-Novembru 2017.
Persuni anzjani jistgħu jsibu ruħhom f’iżolament. Dan jista’ jiġri hawn Malta stess, fejn tista’ tgħid kulħadd jaf lil xulxin. Aħseb u ara l-Awstralja!
Laqatna riklam tal-Australian Multicultural Community Services fuq il-mezzi tax-xandir SBS.
L-Awtorità tal-Ippajanar dalgħodu ħadet azzjoni fi scrapyard kbira li hemm Birżebbuġa. Hemm hemm materjal maħżun fuq medda ta’ 21,000 metru kwadru u ogħli li jlaħħaq is-sulari.
one.com.mt huwa informat li s-sidien ġew arrestati, li rritaljaw billi tefgħu xi ġebel u oġġetti lejn l-awtoritajiet.
Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku li rreġistra pajjiżna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena hija l-aqwa waħda fl-Ewropa. Dan għax filwaqt li l-ġid nazzjonali ta’ Malta kiber b’5.2% fil-bqija taż-Żona Ewro it-tkabbir ekonomiku laħaq il-1.7% biss.
Fuq kollox din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku hija erba’ darbiet u nofs iktar mir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fi żmien amministrazzjoni preċedenti.Aqra aktar
Inċident tat-traffiku fi Triq l-Istabal fil-Marsa ħalla persuna feruta.
Il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jibdel il-pożizzjoni tiegħu dwar bini fil-konfini barra miż-żoni ta’ żvilupp (ODZ).
Minn xejn żvilupp ftit tax-xhur ilu, il-Partit Nazzjonalista kien semma li jaċċetta deċiżjonijiet f’każi eċċezzjonali u llum qed jgħid li għandhom ikunu l-politiċi li jiddeċiedu fuq żvilupp ODZ. Dan billi applikazzjoni ODZ titla’ Parlament u jkun hemm vot ta’ żewġ terzi.
Jekk għadek ma tellajtx ir-ritratt tiegħek, il-Malta Public Transport tfakkar li wieħed jista’ jagħmel dan billi juża dan il-link biex ittella’ r-ritratt: https://www.publictransport.com.mt/en/temporary-card.
Jekk diġà tellajt ritratt tiegħek, jew diġà għaddejt ritratt tajjeb b’mod ieħor, issa tista’ tiġbor it-tallinja card il-ġdida bir-ritratt tiegħek mill-Istitut Kattoliku bejn is-07:00 u s-19:00 sal-24 ta’ Ġunju, ħlief fi tmiem il-ġimgħa.
malta public Transport avżat li wieħed ikollu jieħu miegħu l-Karta tal-Identità jew il-passaport u t-tallinja card bla ritratt. Jekk għandek xi kreditu fuq it-tallinja card ta’ bla ritratt, dan jiġi trasferit awtomatikament fit-tallinja card il-ġdida.
Jekk ma tkunx tista’ ttella’ r-ritratt tiegħek, xorta għandek bżonn tmur l-Isititut Kattoliku fid-dati t’hawn fuq biex l-uffiċjali jieħdu kopja tar-ritratt tiegħek minn fuq Karta tal-Identità jew il-passaport.
Jekk tgħix Għawdex, tista’ tbiddel it-tallinja card mit-ticket booth li tinsab fil-venda tar-Rabat.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, xejjen kritika ta’ wħud li jgħidu li l-qgħad f’Malta u Għawdex naqas għax il-Gvern kien qed jimpjega n-nies fis-settur pubbliku.Aqra aktar
F’waħda mill-aħħar attivitajiet tiegħu fil-kampanja għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi, ltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-ħaddiema taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. F’ dawn il-laqgħat emfasizza li trid tkompli l-ħidma biex iktar nies jersqu viċin il-partit. Aqra aktar
Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, bdiet bl-impenji uffiċjali tagħhha fil-Montenegro. Coleiro Preca ntlaqgħet minn Filip Vujanovic fil-palazz il-blu fil-belt Cetinje. Wara saret laqgħa bejn iż-żewġ naħat, bil-President ta’ Malta hija akkumpanjata mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella u l-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera. Aqra aktar
Send this to a friend