Lokali – Page 4125 – One News

Notifiki

Nirien jeqirdu erba’ trakkijiet f’garaxx fil-Mosta

Kellhom ikunu disa’ pumpiera, żewġ uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u diversi sigħat biex intefa’ nirien f’garaxx il-Mosta fejn ħadu n-nar erba’ trakkijiet.

In-nirien kienu kbar ħafna u l-ħidma għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienet diffiċli mmens hekk kif ma setgħux jidħlu fuq ġewwa tal-garaxx b’mod faċli. Il-garaxx jinsab taħt residenzi u minbarra li kważi nqerdu għal kollox erba’ vetturi kummerċjali saret ukoll ħsara strutturali sostanzjali fil-bini. Saħansitra kienu evakwati numru ta’ residenzi. Aqra aktar

Ma riedux iwaqqfu kumitat tal-finanzi

Ma riedux jafu u baqgħu jirrifjutaw li jwaqqfu kumitat tal-finanzi, għax hekk kien jaqblilhom.  Qed nitkellmu dwar l-aħwa Said fin-Nadur, u sħabhom kunsilliera Nazzjonalisti.

Tkellimna aħna stess ma kunsilliera oħra li kkonfermawlna kemm-il darba sabu oppożizzjoni meta riedu li jitwaqqaf dan il-kumitat. Ħarsa lejn il-liġi turina li n-nuqqas ta’ twaqqif ta’ dan il-kumitat tfisser ksur ta’ liġi.

Aqra aktar

Għodda teknika ġdida biex tonqos il-kriminalità

Fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, saret kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u Awtoritajiet tar-Renju Unit fil-qasam tal-intelligence analitika mill-pulizija. Software analitiku ġie ipprovdut lill-Pulizija flimkien ma’ taħriġ professjonali mogħti minn esperti Ingliżi fuq open source intelligence, link charting u l-bini ta’ databases.

Aqra aktar

Xogħol fil-komunità għal pensjonant Għawdxi

Pensjonant Għawdxi ġie ordnat jagħmel 100 siegħa ta’ xogħol fil-komunità, u jħallas €4000 f’danni lil koppja anzjana. Dan wara li Victor Camilleri instab ħati ta’ frodi bi flus fdati lilu biex jinvestihom f’isem il-koppja msemmija.

Aqra aktar

Tlettax-il sena ħabs u €23,000 multa

Tlettax-il sena ħabs u €23,000 multa għal raġel mixli bit-traffikar ta’ ħmistax-il kilo kannabis, 537 pillola ecstasy, u 10 grammi kokaina. Jason Farrugia, ta’ 33 sena minn San Ġiljan, wieġeb ħati għall-akkużi li jmorru lura għal bejn l-2009 u 2011.

Aqra aktar

Sors ġdid ta’ kapital għal Start Ups

Imniedi fond innovativ li se jgħin lil Start Ups jiksbu sors ta’ kapital biex l-ideat innovattivi tagħhom jieħdu l-ħajja. L-inizjattiva, bl-isem ta’ ‘Seed Investment Scheme’, li se tibda topera minn Awwissu li ġej se tagħti investitaturi li jinvestu f’kumpaniji li għadhom se jifħtu jew li ilhom inqas minn tlett snin li fetħu, kreditu ta’ 35% fuq it-taxxa. Dan il-kreditu jitla sa massimu 250,000.
Aqra aktar

Send this to a friend