Lokali – Page 4123 – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: “Aħna mhux se niefqu nfittxuk”

Mike Mansholt, Ġermaniż ta’ tmintax-il sena, ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju. Huwa deher l-aħħar fit-tmintax ta’ Lulju f’lukanda f’Tas-Sliema.

Dan il-ġuvni kien f’pajjiżna għal btala.

Fuq il-mezzi soċjali, ħabiba ta’ Mike kitbet li huma nkwetati ferm anke peress li fil-lukanda nstab il-passaport ta’ l-istess ġuvni. Hija appellat biex kull min jara lil Mike jikkolabora mal-awtoritajiet Maltin.

Mike Mansholt huwa rqiq, twil 1.66 metru, b’xagħar qasir aħmar u għajnejn blu.

Il-Protezzjoni Ċivili għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għal dan il-Ġermaniż, fejn saħansitra qed jintużaw il-klieb imħarġa apposta, u ntalbet ukoll l-għajnuna tal-volontiera kollha tagħha. Flimkien mal-armata qed issir tfittxija ukoll viċin il-kosta permezz ta’ dinghy.
Aqra aktar

ĦU SAID JIRBAĦ KUNTRATT B’KUMPANIJA MAGĦLUQA

F’April li għadda, il-Kunsill Lokali tan-Nadur ta offerta lill-kumpanija Said Construction għall-kiri ta’ vann jew trakk.

Filwaqt li qabel dawn it-tip ta’ xogħlijiet kienu jingħataw b’ordni diretta, din id-darba nħarġet sejħa għall-offerti, u l-kumpanija Said Construction irriżulta li kellha l-orħos offerta.Aqra aktar

Il-Borża ta’ Malta bis-6 l-akbar tkabbir fid-dinja

B’żieda ta’ 3% fuq is-sena ta’ qabel, il-Borża ta’ Malta għalqet l-2015 bis-sitt l-akbar tkabbir fid-dinja, meta mqabbla ma’ swieq oħra internazzjonali.

Dan ikkonfermah iċ-ċermen tal-Borża ta’ Malta, Joseph Portelli, f’kummenti ma’ ONE News, jiem wara din l-entità ewlenija ċċelebrat il-25 anniversarju.

25 sena wara, il-Borża ta’ Malta tgħodd ‘il fuq minn 75 elf kont, b’ismijiet stabbiliti jużawha bħala pjattaforma kruċjali fl-operat tagħhom.

Aqra aktar

Il-Malti li kien FTIT METRI bogħod minn fejn seħħet l-istraġi fi Munich

Jista’ jqis ruħu xortih tajba.

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tar-Referees (MFRA) Alexie Tabone jinsab qawwi u sħiħ flimkien ma familtu, għalkemm kien qed jippjana li jmur fil-ħwienet fejn seħħ l-attakk fi Munich. 
Tabone qal li l-isparar seħħ żewġ minuti biss bogħod minn fejn jgħix. Iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda ta’ biża u paniku. Qal li kien qed jippjana li jmur jimxi u jagħmel xi xiri f’din il-belt, iżda dam ma’ mar minħabba li nqala’ xi xogħol li ġiegħlu jipposponi kollox. U mnalla, għax eventwalment sar jaf x’ġara ftit metri biss bogħod minnu. 

Aqra aktar

€3.9 miljuni fil-fond tal-maternità

Sena wara li ġie mnedi l-fond tal-maternità, ħarġu il-formoli onlajn għar-rimbors. Dan il-fond ħaj sal-aħħar Ġunju kien fih madwar tliet miljuni u disa mitt elf ewro, ammont li mistenni jiżdied.
Kif spjegat il-Ministru Helena Dalli, dan l-istess fond qed ikun strumentali biex inaqqas id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

Send this to a friend