L-għan huwa li tinbidel il-kultura -Kien dan il-messaġġ li ħareġ mill-intervista maċ-ċermen il-ġdid tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika Joe Gerada dwar il-viżjoni ‘l quddiem ta’ din l-istess Kummissjoni.

L-għan huwa li tinbidel il-kultura -Kien dan il-messaġġ li ħareġ mill-intervista maċ-ċermen il-ġdid tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika Joe Gerada dwar il-viżjoni ‘l quddiem ta’ din l-istess Kummissjoni.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd ħafna jaħtfu l-opportunita’ u jqattgħu xi ġurnata fejn il-baħar, ovjament ma tonqosx xi ikla bnina tipikament Mediterranja.
Mhux faċli ssib ruħek f’sitwazzjoni fejn l-ewwel wild għandu l-awtiżmu. Wisq inqas meta tiskopri li ż-żewġ ulied ta’ wara, tewmin, għandhom l-istess kundizzjoni. Iżda l-omm li ltqajna magħha tinsab determinata, biex flimkien ma’ żewġha u ta’ madwarha joffru l-aqwa trobbija lit-tfal tagħha.
Lukandi Maltin kienu milquta mill-fatt li s-sit elettroniku Low Cost Travel falla. Dawn il-lukandiera qed jikkunsidraw miżuri mmedjati biex jaraw kif jimlew il-post ta’ dawk li kellhom il-btala tagħhhom mħassra.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili għaddejjin b’tfittxija intensiva biex jinstab il-ġuvni ta’ 18-il sena li huwa ta’ nazzjonalita Ġermaniża. Membri mis-sezzjoni tal-K9, sezzjoni marritima, USAR u volontiera bdew it-tfittxija tagħhom fir-reġjun tat-Tramuntana bl-assistenza tal-Forzi Armati.
It-tim Nazzjonali tar-Rugby tal-Irġiel għadhom kemm ġew inkurunati champions tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2. Dan wara li fil-finali għelbu lill-Montenegro bl-iskor ta’ 19-0.
Illum Simon Busuttil qal li kull meta kien joħrog rapport mill-Awditur Ġenerali u jkun kontra il-Partit Nazzjonalista , kien jgħid ‘m’hemmx x’tagħmel’ u jieħu azzjoni u jaċċetta r- rakkomandazzjonijiet.
Tul l-aħħar snin il-bandiera Libjana kienet marbuta biss mal-inkwiet, il-kunflitt u l-ġlied. Iżda, fil-ġimgħat li ġejjin din il-bandiera se titperper fil-Brażil f’kuntest iktar pożittiv. Dak sportiv.
Kien propju pajjiżna li ta ċ-ċans lil Daniah Hagul biex tmur Rio.
Sa fl-aħħar bdew jiksru s-skiet tagħhom. Fl-aħħar sigħat bdew iwieġbu l-membri tal-familja Said dwar il-mod kif mexxew u għadhom imexxu l-Kunsill Lokali tan-Nadur.
Mike Mansholt, Ġermaniż ta’ tmintax-il sena, ġie rrapurtat nieqes lill-Pulizija nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju. Huwa deher l-aħħar fit-tmintax ta’ Lulju f’lukanda f’Tas-Sliema.
Dan il-ġuvni kien f’pajjiżna għal btala.
Fuq il-mezzi soċjali, ħabiba ta’ Mike kitbet li huma nkwetati ferm anke peress li fil-lukanda nstab il-passaport ta’ l-istess ġuvni. Hija appellat biex kull min jara lil Mike jikkolabora mal-awtoritajiet Maltin.
Mike Mansholt huwa rqiq, twil 1.66 metru, b’xagħar qasir aħmar u għajnejn blu.
Il-Protezzjoni Ċivili għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għal dan il-Ġermaniż, fejn saħansitra qed jintużaw il-klieb imħarġa apposta, u ntalbet ukoll l-għajnuna tal-volontiera kollha tagħha. Flimkien mal-armata qed issir tfittxija ukoll viċin il-kosta permezz ta’ dinghy.
Aqra aktar
Send this to a friend