Lokali – Page 4121 – One News

Notifiki

Il-vjaġġ tiegħek kemm jiġik?

Issa tista’ tkejjel kemm infaqt fuel u kemm tfajt diossidju tal-karbonju fl-arja meta tivjaġġa bil-karozza.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret din l-għodda ġdida li żviluppat hi stess, biex tgħin ċittadini jirrealizzaw kemm qed iniġġżu.

Provajna nikkalokolaw fiex isarraf vjaġġ mill-Belt Valletta għall-Mellieħa. Wara li għażilna t-tip ta’ karozza u t-tip ta’ fuel (unleaded). Ir-riżultati jidhru hawn.

Aqra aktar

Eżerċizzju ta’ tolleranza f’pajjiżna

Malta hija waħda minn 3 pajjizi li qed jipparteċipaw fil-programm ta’ skambju ta’ żgħażagħ ta’ Erasmus+, bl-isem ta’ ‘The Power of Tolerance’ (TPOT).

Dalgħodu ż-żgħażagħ Maltin flimkien ma’ oħrajn mill-Maċedonja, il-Litwanja, l-Iżvezja u r-Rumanija ltaqgħu mal-Ministru Helena Dalli.Aqra aktar

Lejn Raħal Ġdid isbaħ

Fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid beda x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-latrina fi Triq il-Foss.

Dan wara li l-Gvern ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni għal din il-pjazza, li biex mhux biss jitjieb l-ambjent iżda titjieb l-esperjenza ta’ min imur jixtri miz-zona. Pjazza Antoine de Paul hija waħda mimlija attività kummerċjali, u l-għan hu li jiżdied l-ispazju miftuħ għan-nies. Il-proġett mistenni jiġi jiswa €3 miljuni u huwa ppjanat li jitlesta sa tmiem din il-leġiżlatura.

Aqra aktar

Jiktbu lid-deputati kontra l-Ewtanasja

L-Isqfijiet għamlu appell kontra l-ewtanasja lid-deputati tal-Parlament.

Dan f’ittra mibgħuta fl-aħħar jiem wara li d-deputati semgħu appell ta’ Malti li jrid l-ewtanasja fi stadju ta’ kumitat. Kif mistenni l-isqfijiet tkellmu dwar il-ħtieġa li dejjem tkun salvagwardjata l-ħajja tal-bniedem.  

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech qalu lill-membri parlamentari li kull att li jtemm il-ħajja jew jaċċellera l-mewt għandu jibqa’ llegali. Aqra aktar

Lukandi ta’ erba’ stilel sejrin tajjeb

 F’Mejju l-ammont ta’ nies li qattgħu lejl f’lukandi f’Malta kien 153,659. Kien hemm tnaqqis fl-iljieli li turisti qattgħu f’lukandi ta’ tliet u ħames stilel, iżda kien hemm żieda f’lukandi ta’ erba’ stilel. Infatti 48.5% tal-iljiet mqattgħin f’Malta kienu f’lukandi ta’ erba’ stilel.
Turisti qattgħu medja ta’ ħamest’iljieli f’pajjiżna f’Mejju li għadda. Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, kien hawn żieda ta’ 2.8% fl-ammont ta’ turisti li qattgħu ljieli f’Malta, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Hawn Malta f’Mejju kien hawn 168 stabiliment li jakkomoda turisti, b’17,735 kamra tas-sodda u  39,028 sodda.

 

Tinħema merħba mistħoqqa liċ-champions

Grupp ta’ partitarji Maltin qegħdin iħeġġu għal merħba mistħoqqa lit-tim Nazzjonali tar-Rugby, rebbieħ tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2, hekk kif jasal lura llum fl-Ajruport Internazzjonali mill-Bulgarija fis-18:45.

Aqra aktar

Duruha waħda, please!

Qarrej minn tagħna bagħtilna dawn ir-ritratt tal-latrina li wieħed isib f’Għar Lapsi. Drenaġġ ħiereġ minn waħda mill-katusi, irwejjaħ ma jinfelħux u ambjent li żgur idejjqek speċjalment jekk tkun trid tidħol bit-tfal. Iċċekjajna u qalulna li hija responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi. Setgħet ma kinetx. Min hu responsabbli għandu jieħu ħsieb. Żgur li għandna bżonn dawra tajba. Aqra aktar

Attakkat minn ‘parker’ f’parkeġġ pubbliku

Ingliż ta’ 59 sena li ilu jgħix Malta diversi snin allega mat-Times of Malta li safa attakkat minn ‘parker’ ta’ parkeġġ fil-Qawra. Dan wara li l-Ingliż irrifjuta li jħallas tal-parkeġġ, fid-dawl li l-parkeġġ huwa b’xejn, tant li dwar dan hemm tabelli minn Transport Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend