Lokali – Page 4120 – One News

Notifiki

“Ksur qawwi ta’ drittijiet fundamentali”

Il-Gvern Tork qed iżomm iktar minn 10,000 persuna taħt arrest b’ rabta mal-attentat kolp ta’ stat, f’kundizzjonijiet li skont Amnesty International imorru kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Għaldaqstant l-organizazzjoni qed titlob biex osservaturi indipendenti jitħallew jidħlu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, kemm dawk uffiċjali u anka dawk mhux uffiċjali.Aqra aktar

Jinsterqu pissidi bl-ostji minn kunvent fil-Belt

Ilbieraħ insteraq pissidi bl-ewkaristija ikkonsagrata mill-Kunvent tal-Franġiskani fil-Belt. Mhux eskluż li dawk li l-ostji se jkunu qed jintużaw waqt riti sataniċi jew li nsterqu bil-għan li jinbiegħu biex jintużaw waqt dik li tissejjaħ “il-quddiesa s-sewda” meta l-qamar ikunu kwinta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Dak l-imbierek Parker! X’inhuma r-regoli?

  • Transport Malta ilha mill-2008 ma toħroġ liċenzja għal parkers ġodda
  • 53 car park attendant li jattendu 30 sit
  • Mill bidu tas-sena 29 rapport ta’ fittaġni fir-rigward ta’ ħlas

Transport Malta bħalissa qed tistenna l-eżitu ta’ investigazzjoni wara li parking attendant allegatament ġie fl-idejn ma’ Ingliż ta’ 59 sena f’Buġibba. Sakemm dan isir, ir-raġel kien sospiż. Iżda, xi tgergira dwar parker ma smajnijiex darba u tnejn.

Janice Bartolo tkellmet ma’ Vince Micallef Pule’ dwar is-sitwazzjoni. Fisser kif il-liċenzja tiġġedded darba fis-sena, u l-uniku kriterju biex din tiġġedded hija kondotta nadifa. Micallef Pule’ qal li l-pubbliku mhux obbligat li jagħti tips lill-attendant. U l-attendant mhux imħallas, la minn Transport Malta u la minn ħadd.

Aqra aktar

Il-Kurja tfittex post għal ‘Dar il-Ħniena’

Il-Kurja se tibda l-ħidma meħtieġa biex jiġi identifikat post għal ‘Dar il-Ħniena’ – residenza ġdida li toffri servizzi aġġornati ta’ kura paljattiva għal persuni b’mard terminali.

Il-ħsieb hu li dan is-servizz jiġi offrut minn Fondazzjoni rreġistrata b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Arċisqof qal li din id-Dar ser tkun risposta konkreta li l-Knisja f’Malta ser toffri għal min qiegħed jibża’ mill-mewt bla dinjità minħabba t-tbatija li jġib miegħu l-mard terminali.

L-Arċisqof din id-deċiżjoni tiegħu waqt quddiesa fil-kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. It-twaqqif ta’ ‘Dar il-Ħniena’ se ssir wara 50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza.

Ikkonsultat biex iċedi parti mill-portafoll tiegħu għall-Kummissarju Ingliż

Fost il-Kummissarji Ewropej li ġew ikkonsultati biex iċedu parti mill-portafoll tagħhom għall-Kummissarju ġdid Ingliż kien hemm dak Malti, Karmenu Vella.

Fi kliem il-Politico, ġurnal influwenti bbażat fi Brussell, irrapporta li Martin Selmayr, iċ-chief of staff tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, avviċina minn tal-inqas tliet kummissarji biex jiddiskuti magħhom xi rwol għandu jingħata Julian King, nominat biex jirrappreżenta lir-Renju Unit f’din l-entità. Dawn jinkludu l-Pollakka Elizbieta Bienkowska – responsabbli mill-politika għas-suq komuni, l-industrija, l-imprenditorija, u l-intrapriżi żgħar u medji; Karmenu Vella – responsabbli mill-ambjent, l-affarijiet marittimi u s-sajd, u l-Ispanjol Miguel Arias Canete – responsabbli mill-klima u l-enerġija.Aqra aktar

Ma tintlaqax talba minn ħaddiema tal-GO biex ikun likwidat fond miljunarju

Matul l-aħħar xhur, il-Gvern kien impenjat f’taħdidiet mat-tmexxija tal-Fondazzjoni tal-Impjegati tal-GO biex tinstab triq għall-ġejjieni sostenibbli għal din il-fondazzjoni, u biex issir ġustizzja ma’ ħaddiema preżenti u passati.  Kien intlaħaq ftehim mat-tmexxija tal-Fondazzjoni, liema ftehim iżda ma ġiex aċċettat mill-membri.

Minflok, il-membri, jiġifieri l-impjegati preżenti tal-GO, qed jipproponu lill-Gvern li l-Fond jiġi llikwidat u li wara li jitħallsu l-kredituri, il-bilanċ (madwar ħames miljun ewro) jitqassmu bejn l-impjegati preżenti.

Aqra aktar

Fi triqithom lejn Krakow għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Bidu tal-ġimgħa differenti għall-11-il membru tal-Caritas Youths li t-Tnejn filgħodu telqu lejn Krakow fil-Polonja biex jattendu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

one.com.mt żar l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ftit tal-ħin biss qabel maż-żgħażagħ telqu fuq it-titjira KM514 biex jibdew din l-esperjenza.Aqra aktar

Il-vjaġġ tiegħek kemm jiġik?

Issa tista’ tkejjel kemm infaqt fuel u kemm tfajt diossidju tal-karbonju fl-arja meta tivjaġġa bil-karozza.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret din l-għodda ġdida li żviluppat hi stess, biex tgħin ċittadini jirrealizzaw kemm qed iniġġżu.

Provajna nikkalokolaw fiex isarraf vjaġġ mill-Belt Valletta għall-Mellieħa. Wara li għażilna t-tip ta’ karozza u t-tip ta’ fuel (unleaded). Ir-riżultati jidhru hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend