Irħamar, restawr u induratura. Dawn huma biss ftit elementi ta’ proċess sħiħ li isir fuq l-armar li jitgawda fil-festi Maltin u Għawdxin.Aqra aktar

Irħamar, restawr u induratura. Dawn huma biss ftit elementi ta’ proċess sħiħ li isir fuq l-armar li jitgawda fil-festi Maltin u Għawdxin.Aqra aktar
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret proġett li ffinanzjat minn fondi allokati mis-Segretarjat Parlamentari li tmexxi hi li permezz tiegħu l-pjazza tax-Xewkija saret waħda aktar aċċessibbli. Permezz ta’ dawn il-fondi ġie installat lift għall-persuni b’nuqqas ta’ mobbilità biex ikunu jistgħu jużaw servizzi eżistenti fil-pjazza tax-Xewkija.
Aktar kmieni llum, fil-fergħa tal-APS Bank tal-Mosta kien hemm nirien żgħar li ġew ikkontrallati ftit tal-mumenti wara. B’riżultat ta’ dan, il-bank informa lill-klijenti tiegħu li għada se jiftaħ fl-10a.m. Il-maniġment tal-APS irringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivli u lill-Pulizija għall-intervent immedjat u l-koperazzjoni tagħhom.
Jum il-Missier kien aktar specjali mis-soltu għal Jesmond Zammit, missier ta’ żewg ulied, li waħda minnhom, Anthea, is-Sibt filgħaxija rebħet it-titlu ta’ Miss World Malta, wara li sena ilu kisbet unur f’kompetizzjoni taż-żfin.Aqra aktar
Tkompli tikber l-industrija internazzjonali tal-films f’Malta hekk kif ftehim proġett ġdid mill-Malta Film Commission se tara kumpanija żvediża tiġbed reality show f’pajjiżna fiż-żmien li ġej.
L-aħbar ta’ din issegwi s-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna hekk kif spiċċa x-xogħol fuq serje televiżiva oħra mill-istazzjoni Taljan RAI dwar siti importanti storiċi fejn bastiment intilef bejn sema u ilma. Dan ħalla €8 miljun fl-ekonomija lokali.Aqra aktar
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għal darb’oħra ħareġ jattakka l-investiment tas-saħħa ta’ €200 miljun li ser jibbenefika minnu l-poplu Malti u Għawdxi mingħajr joħroġ ċenteżmu u li permezz tiegħu ser ikollna kwalità aħjar tas-saħħa permezz ta’ investiment fl-Isptar ta’ Għawdex, San Luqa u Karin Grech li għal ħafna snin tħallew fi stat ta’ telqa.
Il-Partit Laburista qal li skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern għandu jagħmel kif għamel ta’ qablu li tejjeb ferm is-servizz tas-saħħa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Aqra aktar
Tifel ta’ erba’ snin intlaqt minn karozza fi Triq ix-Xatt, Marsaskala. It-tifel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Żewġt irġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ttellgħu l-Qorti b’urġenza l-Ħadd filgħodu akkużati b’pussess tad-droga kannabis u kokaina, kif ukoll b’armi tan-nar, flus kontanti u oġġetti oħra relatati ma’ droga.
Ċiklist ġie ċċertikfat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq San Martin, il-Wardija. Iċ-ċiklist, li għandu 52 sena u joqgħod San Ġwann, ittajjar minn karozza tat-tip Toyota kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 39 sena, residenti Santa Venera.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn l-inċidenti għadhom għaddejjin.
Kmieni waranofsinhar, Ingliż tilef ħajtu fil-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, Għawdex, wara li ntlaqtet minn dgħajsa waqt li kien qed jgħum.
Malli sid id-dgħasja, ġuvni ta’ 19-il sena residenti n-Nadur induna b’dak li ġara tella’ lill-vittma fuq id-dgħajsa, Ingliż ta’ 76 sena residenti ix-Xagħra, u ħadu fuq il-bajja fejn ingħata l-ewwel għajnuna u ttieħed immedjatament l-Isptar permezz t’ambulanza.Aqra aktar
Send this to a friend