Lokali – Page 4117 – One News

Notifiki

Il-Malti f’nofs straġi ‘apokalittika’

Karl Schembri huwa konsulent fil-media fil-Lvant Nofsani għall-Kunsill Norveġiż tar-Refuġjati. Mill-belt Iraqena Falluja qed iseħħ eżodu sħiħ, riżultat tal-ġlied ta’ militanti tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku. Hu stmat li aktar minn 82,000 persuna evakwaw il-Belt,  25,000 vjaġġaw l-aħħar sigħat u eluf oħra fis-sigħat li ġejjin. Schembri stqarr mal-BBC li dawk li qed jitilqu minn Falluja qed isibu rwieħhom fi straġi oħra, għaliex fil-kampijiet ta’ refuġjati hemm xeni ‘apokalittiċi‘.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: Spiċċa żmien l-iskużi – GRTU

Philip Fenech, mill-GRTU sostna li minbarra li se jkunu qed jisħqu mal-membri tagħhom li l-kodiċi titweħħel wara kull bar għal referenza faċli u biex tfakkarhom fi dmirijiethom se jkunu qed iħeġġu passi dixxiplinarji kontra dawk il-ħaddiema li ma jsegwuhomx.

Filwaqt li fakkar li din il-kodiċi mhijiex liġi, sostna li għandha tkun mgħallma lill-ħaddiema kollha qabel ma jibdew iservu x-xorb alkoħoliku.

Aqra aktar

Triq Mikiel Anton Vassalli se tkun magħluqa

Transport Malta ser tagħmel xogħol ta’ tqattiegħ ta’ trinek fejn it-traffic lights fil-junction ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, llejla bejn id-9.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu.

Waqt ix-xogħol, parti minn Triq Mikiel Anton Vassalli ser tkun magħluqa għat-traffiku. Għalhekk it-traffiku min-naħa ta’ Baħar iċ-Ċagħaq ser idur mar-roundabout fi Triq Gort u jerġa’ joħroġ fi Triq Mikiel Anton Vassalli u jibqa għaddej normali. It-traffiku lejn San Pawl il-Baħar mhux ser jiġi affettwat.

Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu b’attenzjoni.

#ĊittadellaGozo – teżor nazzjonali rinovat

Tnieda staġun ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi biex jinawgura l-fortifikazzjoni taċ-Ċittadella wara li tlesta proġett kbir ta’ restawr.

Tnediet ukoll #ĊittadellaGozo – staġun t’attivitajiet u kampanja ta’ għarfien fuq il-media soċjali, televiżjoni, billboards, siti ta’ vjaġġar u turiżmu.

Aqra aktar

Tmut Connie Azzopardi… ikona oħra tad-drama Maltija

L-attriċi Connie Azzopardi mietet fl-età ta’ 79 sena. Magħrufa fost ħafna bħala l-oħt iż-żgħira ta’ Gemma Portelli, kif fil-fatt kienet, Azzopardi ħadmet b’suċċess f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet u sensiliet televiżivi. Fosthom Libra fuq ONE u Villa Sunset, wieħed mill-iktar magħrufa.Aqra aktar

‘Dogs die in hot cars’

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja,Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, għamel żjara lil Happy Paws, klinik tal-annimali fil-Marsa.

Waqt iż-żjara huwa introduċa kampanja biex toħloq kuxjenza dwar klieb li jitħallew fis-sħana tal-karozza speċjalment matul il-jiem sħan tas-Sajf.

Il-kampanja bl-isem ‘Dogs die in hot cars’  kienet ispirata mill-fatt li d-dipartiment tal-ħarsien tal-annimali jintalab jassisti f’każijiet fejn klieb jitħallew fil-karozza fis-sħana tas-Sajf.

Aqra aktar

Night shelter ġdid għall-anzjani tal-Għarb

Tħabbar proġett ġdid ta’ Night Shelter għall-Anzjani tal-Għarb Għawdex.
Dan wara li ntlaħaq ftehim bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, il- Kunsill Lokali u l-Kumitat tal-Banda Viżitazzjoni tal-Għarb.  Il-progett ser isir permezz ta’ investiment kapitali inizjali mis-Segretarjat Parlamentari ta’ €200,000 u wara ser jigi operat ukoll mill-Gvern permezz tal-ħaddiema provduti minnu.
Il-post tan-Night Shelter ser ikun qiegħed jintuża wkoll għall-servizzi ta’ matul il-jum sabiex jaqdi rwol ta’ ċentru għall-anzjanità attiva matul il-ħin tal-ġurnata. Hemm l-anzjani ikollhom programm varjat ta’ Lifelong Learning kif ukoll servizzi oħrajn relatati mal-kura tal-anzjani. Dan in-Night Shelter ser ikun it-tieni wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex wara li xhur ilhu ġie inawgurat wieħed f’Għajnsielem.

Aqra aktar

Send this to a friend