41 Pulizija temmew b’suċċess it-taħriġ tagħhom bħala Tourism Police Officers.

41 Pulizija temmew b’suċċess it-taħriġ tagħhom bħala Tourism Police Officers.
L-iżvilupp tal-proġett Town Square kien f’ilsien ir-residenti Slimiżi.
Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema semma’ leħnu kontra l-iżvilupp ta’ 38 sular fi Qui-si-Sana. Qed jilmentaw fost oħrajn għax il-proġett mistenni jieħu 10 xhur xogħol ta’ skavar, erba’ snin ta’ bini u jwassal għal żieda ta’ 6,000 karozza fiż-żona.Aqra aktar
Fost dawk li ħarġu jiddefendu lil Alan Montanoro, wara li kien imċanfar mill-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji u kienu żvelati messaġġi razzisti li bagħat u li fil-mira tagħhom kien hem tfal mill-Kambodja, hemm David Thake. Il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista ħass li għandu jitkellem b’mod pożittiv dwaru u jiddefendih minn min fuq facebook daħal biex jikkritikah.
Fil-festi ħafna tfal ikollhom seba’ mitt sena biex jixtru dawk magħrufa bħala trikki trakki, li jsabbtu malart u jagħmlu ħoss ta’ sparatura żgħira. Iżda, il-konsegwenzi tagħhom ġieli ma jkunux sbieħ.
It-Tnejn filgħaxija bdew is-sessjonijiet ta’ Gvern li Jisma fil-Berġa ta’Kastilja. Bl-ewwel sessjoni tkun mill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-żgħar Chris Cardona.
Il-Ministru Cardona qal lill-pajjiz sejjer tajjeb għaliex il-poplu għandu iżjed flus fil-but. Huwa qal li t-tkabbir ekonomiku għandna ntuh iżjed sinifikat personali fosthom permezz t’aktar postijiet tax-xogħol.
Id-direttur Lino Farrugia tkellem ma’ one.com.mt. dwar Connie Azzopardi, l-attriċi li mietet fl-età ta’ 79 sena. Magħrufa fost ħafna bħala l-oħt iż-żgħira ta’ Gemma Portelli, kif fil-fatt kienet, Azzopardi ħadmet b’suċċess f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet u sensiliet televiżivi. Fosthom Villa Sunset, wieħed mill-iktar magħrufa.
Il-Parlament illejla fakkar il-memorja tal-membru parlamentari Ingliża Jo Cox li ġiet assassinata l-ġimgħa l-oħra, biż-żewġ naħat tal-kamra jikkundannaw il-vjolenza u jappellaw biex ikun hawn it-tolleranza.
Il-Prim Ministru enfasizza li l-politiċi jistgħu ma jaqblux mal-ideat ta’ xulxin iżda żgur ma jobgħodux lil xulxin. Huwa qal li dan l-assassinju huwa eye opener b’saħħtu ħafna għall-politiċi.
“Hawn min qed jagħmel abort għax m’għandux il-faċilità juża pillola ta’ kontraċezzjoni b’emerġenza.”
Dan qalu l-Professur Anthony Serracino Inglott li jmexxi l-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini, meta tkellimna dwar il-ħsieb li jkun hemm l-introduzzjoni tal-morning after pill f’pajjiżna. Stqarr li t-tip ta’ morning after pill approvata fl-Ewropa tissodisfa kriterji ta’ sigurtà, effikaċja u kwalità mitluba fil-qasam mediku.
Illejla jintlagħab l-aħħar logħob minn Grupp B u kollox għadu miftuħ beraħ bit-timijiet kollha għadhom biċ-ċans li jgħamluha għar-rawnd li jmiss.
L-Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet li ħbiet dokumenti relatati ma’ proposta biex isir żvilupp f’ Town Square, kif intqal mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
L-iżvilupp jinkludi bini ta’ torri fiż-żona ta’ Tigne.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dokumenti relatati ma’ din l-applikazzjoni kienu disponibbli għall-pubbliku. Spjegat li peress li l-applikazzjoni saret fl-2007, id-dokumenti ma kienux disponibbli kollha f’forma diġitali. Hija prattika normali tal-periti u l-partijiet interessati li jitolbu biex jaraw l-applikazzjonijiet tal-ippjanar u d-dokumenti relevanti.
Send this to a friend