Lokali – Page 4115 – One News

Notifiki

DCG fost il-konsulenti mħallsa ta’ Simon Busuttil

Daphne Caruana Galizia hija waħda mill-persuni li fi żmien li Simon Busuttil kien imexxi ċ-ċentru informazzjoni dwar id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea,  l-MIC, ħallas bħala waħda mill-konsulenti tiegħu.

Mhux magħruf preċiżament x’kienet il-konsulenza li Busuttil kien jieħu mingħand Carauna Galizia u mit-tagħrif disponibbli lanqas huwa ċar jekk Busuttil qabbadx lil Caruana Galizia b’direct order jew sejħa għall-offerti.Aqra aktar

Makkinarju ġdid li jistampa l-passaporti

Il-Ministru Owen Bonnici flimkien maċ-chairman ta’ Identity Malta Joe Vella Bonnici niedew investiment ta’ aktar minn tliet miljun ewro f’makkinarju li jistampa l-passaporti. Dan se jkompli jpoġġi lil Malta fil-quċċata tal-Ewropa fejn tidħol is-sigurtà tal-identità taċ-ċittadini.

Aqra aktar

Jekk tħobb it-tin, aqra din!

Tul dawn l-aħħar xhur diversi bdiewa kienu mħassba ferm bil-futur tas-siġar tat-tin. Dan minħabba insett li qed jattakka lil dawn is-siġar u jeqridhom. Tkellimna mad-direttur għas-saħħa tal-pjanti dwar dan l-insett u l-ħidma tad-direttorat biex jippreveni milli jmutu iżjed sigar.

Sewgi dan is-servizz. 

Aqra aktar

Generator jikkawża nirien f’fabbrika

Ftit tal-minuti ilu, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati jitfu nirien f’fabbrika ikkawżat minn generator li jinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-binja.

Il-każ seħħ fil-fabbrika Construct Furniture, fiż-żona industrijali ta’ Ħal Luqa. Il-ħaddiema kienu evakwati mill-fabbrika bil-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jikkontrollaw in-nirien. Fuq il-post kien hemm diversi fire engines ‘stand by’ f’każ li n-nirien jinfirex. Aqra aktar

“LE” għall-evażjoni – Malta taqbel

Regoli ġodda se jaraw li kumpaniji ma jevadux it-taxxa. Il-Kummissjoni Ewropea laqgħat ftehim bejn stati membri Ewropej dwar dawn ir-regoli.

L-elementi ewlenin tal-proposti l-ġodda jinkludu:

  • miżuri legali li jwaqqfu l-aktar metodi komuni użati minn kumpaniji biex jevitaw li jħallsu t-taxxa;
  • rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar kif jipprevjenu l-abbuż tat-trattat tat-taxxa;
  • proposta biex l-Istati Membri jaqsmu informazzjoni relatata mat-taxxa fuq il-kumpaniji multinazzjonali li joperaw fl-UE;
  • azzjonijiet biex jippromwovu governanza fiskali tajba internazzjonalment;
  • proċess ġdid tal-UE għall-elenkar ta’ pajjiżi terzi li jirrifjutaw li jkunu ġusti.

Aqra aktar

St Peter’s tingħata l-ħajja

Wara żmien twil ta’ telqa fiż-żona St.Peter’s f’ Ħaż-Żabbar fl-aħħar ħadet din iż-żona reġgħet ħadet il-ħajja. B’investiment ta’ madwar €50,000 il-Gvern Lokali flimkien mal-kumitat amministrativ tal-lokalità għamel xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fl-inħawi.  Aqra aktar

It-tfal prijorità għall-President

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, appellat għal iżjed prijorità lit-tfal. Waqt l-inawgurazzjoni ta’ żona ġdida għat-tfal fil-FunPark ta’ Playmobil f’Ħal Far, stqarret li inizjattivi bħal dawn ipoġġu l-interess tat-tfal fuq quddiem u jgħinu biex ikollna soċjetà iżjed b’saħħitha. Fiż-żjara tagħha hija semgħet x’għandhom xi jgħidulha t-tfal.

Aqra aktar

Identifikat iż-żagħżugħ li nstab mejjet f’Wied Blandun

Minn rapporti ppubblikati minn mezzi oħra jidher li ż-żagħżugħ li nstab mejjet ilbieraħ fil-limiti ta’ Wied Blandun, fil-Fgura, huwa Keith Falzon. Iż-żagħżugħ għandu 28 sena u kien jgħix f’San Ġwann.

Il-katavru tal-vittma, li kien irrappurtat nieqes xi jiem ilu, instab fl-għelieqi fil-grawnd tal-futbol li hemm fil-limiti.  S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tiegħu bir-riżultati tal-awtopsja mistennija joħroġu fil-jiem li ġejjin. Aqra aktar

Send this to a friend